Jeremy Corbyn qal li l-labour Ingliż huwa l-uniku partit li jerġa’ jgħaqqad lil Brittaniċi. Waqt li nieda l-kampanja tal-partit tiegħu għall-elezzjonijiet Ewropej Corbyn kien vag dwar il-possibilita` tat-tieni referendum.

“Aktar minn 17-il miljun ruħ ivvotaw biex joħorġu mill-UE, u bħala soċjalisti demokratiċi ma nistgħux ninjorawh dan. Imma ma nistgħux naċċettaw il-mod kif il-Gvern qed jinnegozja l-Brexit.”

Il-mexxej laburista Ingliż qal li mhux beħsiebu jkollu taħdidiet ma’ Theresa May għal xi tip ta’ ftehim dwar in-negozjati tal-Brexit.

L-Uffiċċjali tal-partit qed jaħsbu li l-Labour Ingliż qed jitlef il-voti ta’ dawk li jridu jibqgħu membri fl-Unjoni Ewropea u qed jistennew li l-partit ma jmurx tajjeb fl-elezzjonijiet.

Il-partit ta’ Nigel Farage – ewlieni fil-kampanja kontra l-Brexit mistenni li jġib l-aktar voti fl-elezzjonijiet Ewropej tal-24 ta’ Mejju.

Il-Partit tal-Konservattivi ta’ Theresa May mistenni jiġi fis-sitt post fl-elezzjonijiet li jfisser riżultat medjokri ta’ inqas minn 10% tal-voti.

_0008_1b_mg_5155

PRIJORITÀ : IS-SOVRANITÀ TAT-TASSAZZJONI

Fil-mandat li ġej tal-Parlament Ewropew, se jiżdiedu l-isforzi favur bidliet fil-politika Ewropea li jpoġġu limiti ġodda fuq kif il-pajjiżi membri ...
Read More
_0010_casa

LARA COMI AKKUŻATA B’TANĠENTI FL-ITALJA

Lara Comi, l-MEP Taljana ta’ Forza Italia tinsab akkużata bit-tanġenti u b’korruzzjoni fl-Italja. Comi hija ħabiba kbira ta’ David Casa, ...
Read More
_0000_jeremy-corbyn

CORBYN: IL-LABOUR JERĠA’ JGĦAQQAD IL-BRITTANIĊI

Jeremy Corbyn qal li l-labour Ingliż huwa l-uniku partit li jerġa’ jgħaqqad lil Brittaniċi. Waqt li nieda l-kampanja tal-partit tiegħu ...
Read More
_0006_4img-20190507-wa0002

TAL-PN FAVUR L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI

Il-membri tal-PN fil-Parlament Ewropew ivvotaw favur riżoluzzjoni dwar it-taxxi fl-Unjoni Ewropea li tgħid ċar u tond li għandha titneħħa regola ...
Read More
_0001_macron

VERDETT FUQ MACRON

Fi Franza l-partiti politiċi qed joħorġu numru rekord ta’ kandidati iżda l-Franċiżi għadhom kemmxejn indifferenti għal kampanja elettorali. Skont l-istħarriġ ...
Read More
_0005_6-img_20190511_114855

AKTAR SPAZJU GĦALL-ARTISTI MALTIN FL-EWROPA

L-artisti Maltin u Għawdxin jistgħu u għandhom jipprovaw isibu aktar spazju biex il-kreazzjonijiet tagħhom isiru magħrufa aħjar fl-Ewropa għax it-talent ...
Read More
_0003_7_mg_4803

POLITIKA LI TIŻGURA L-ĦARSIEN TAL-ĦADDIEMA

Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`. Il-problema fundamentali hi ...
Read More
salvini-and-conte

L-ITALJA LESTA TIKSER IR-REGOLI FINANZJARJI EWROPEJ

Il-finanzi pubbliċi tal-Italja iddeterjoraw sew u se jkunu qed jiksru r-regoli Ewropej sakemm Ruma ma tbiddilx il-politika tagħha. Iżda t-tmexxija ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment