Alfred Sant ivvota favur il-ftehim finali milħuq bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew dwar il-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku u qal li dan huwa pilastru essenzjali tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta.

“B’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom strument miżjud li bih jistgħu jinvestu flus fi tranżizzjoni soċjalment ġusta”. Il-faċilità għandha dimensjoni soċjali qawwija bil-għan li tindirizza l-inugwaljanzi soċjali li potenzjalment ser jirriżultaw minn din it-tranżizzjoni”, qal Alfred Sant fil-plenarja tal-Parlament Ewropew.

L-appoġġ min din il-faċilità se jieħu l-forma ta’ għotjiet provduti mill-UE flimkien ma’ self ipprovdut mill-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-faċilità ta‘ self se tappoġġja investimenti pubbliċi billi toffri kundizzjonijiet ta’ self preferenzjali biex tgħin lil dawk it-territorji l-aktar milquta mit-tranżizzjoni tal-klima kif stabbilit fil-pjanijiet ta’ transizzjoni ġusta taħt il-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta, li bħalissa qed jitħejjew mill-Istati Membri.

Eżempji ta’ proġetti jew investimenti li jikkontribwixxu għall-ħtiġijiet ta’ żvilupp fit-tranżizzjoni għal ekonomija newtrali mil-lat tal-klima jinkludu l-enerġija u l-infrastruttura tat-trasport, il-mobilità ekoloġika, l-immaniġġjar intelliġenti tal-iskart, l-enerġija nadifa u l-miżuri ta’ effiċjenza tal-enerġija inklużi r-rinnovazzjonijiet u l-konverżjonijiet tal-bini, l-appoġġ għat-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, restawr tal-art kif ukoll taħriġ u infrastruttura soċjali, inkluż akkomodazzjoni soċjali.

Alfred Sant qal li l-ebda reġjun Ewropew, l-ebda settur ekonomiku, u l-iktar importanti, l-ebda individwu ma għandu jitħalla waħdu biex iġorr il-piżijiet li se jiżviluppaw.


Policymakers must guarantee that nobody is left behind

In view of the vital transition towards a climate neutral economy that is bound to create new inequalities, policymakers must do their best to guarantee that nobody is being left behind, Alfred Sant told the European Parliament.

Alfred Sant voted in favour of the final agreement reached between the Council, the Commission, and the European Parliament on the Public Sector Loan Facility and said that it is an essential pillar of the Just Transition Mechanism. 

“With this Regulation, public authorities are having an added instrument with which they can invest money in a socially just transition.  The facility has a strong social dimension aiming at tackling the potential social inequalities that will result from this transition”, Alfred Sant told the plenary of the European Parliament.

Support under the facility will take the form of grants provided by the EU combined with loans provided by the European Investment Bank. The loan facility will support public investments by offering preferential lending conditions, helping those territories most affected by the climate transition as set out in the territorial just transition plans under the Just Transition Fund, which are currently being prepared by Member States. 

Examples of projects or investments that contribute to the development needs in the transition to a climate-neutral economy include energy and transport infrastructure, green mobility, smart waste management, clean energy and energy efficiency measures including renovations and conversions of buildings, support to transition to a circular economy, land restoration as well as training and social infrastructure, including social housing.

Alfred Sant said no European region, no economic sector, and most importantly, no individual should be left alone to carry the burdens that will develop.

137_0003_finance2

Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni tista’ tinkiseb biss permezz ta’ trasparenza u mekkaniżmi effettivi kontra l-frodi – Alfred Sant

Meta kien qed jindirizza s-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant esprima appoġġ sħiħ għall-prinċipji li jinsabu f’rapport dwar il-protezzjoni tal-interessi ...
Read More
137_0000_digital-economy

Dawk li jfasslu l-politika għandhom jiggarantixxu li ħadd ma jibqa’ l-art

Alfred Sant ivvota favur il-ftehim finali milħuq bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew dwar il-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku u ...
Read More
137_0008_pregnant

Hemm bżonn dibattitu miftuħ dwar l-abort – Alfred Sant

Huwa żied jgħid li l-ipproġettar ta’ nies li huma favur l-abort bħala bla qalb jew amorali ma’ jagħmel l-ebda sens ...
Read More
137_0004_business-people

Alfred Sant jesprimi tħassib dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment

Matul l-intervent tiegħu f’Dibattitu Konġunt dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-Bank Ewropew tal-Investiment ...
Read More