Matul l-aħħar għaxar snin dawk is-setturi li f’Malta marru tajjeb ħafna, speċjalment is-servizzi finanzjarji, it-turiżmu u l-igaming, ftit li xejn kienu jaqgħu taħt il-kappa tal-politika tal-UE. F’intervista mal-istazzjon televiżiv Franciż France24 fil-bajja ta’ Marsaxlokk, Alfred Sant qal li dawn is-setturi li huma l-aktar importanti għal Malta, probabbilment kienu jikbru irrispettivament jekk Malta hux barra jew ġewwa l-UE. Min-naħa l-oħra, Dr Sant qal li l-Unjoni Ewropea ħalliet effett pożittiv fuq l-ambjent. Dan għaliex seħħew numru ta’ bidliet f’Malta li għandhom x’jaqsmu ma’ liġijiet Ewropej dwar l-ambjent u li seħħew għax jaqgħu taħt ir-regolamentazzjoni tal-UE. ‘Madanakollu ħadd ma jista’ jiċħad li stajna nagħmlu dawn il-liġijiet waħedna…’ Qal Dr Sant lil France 24 dwar is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Dr Sant qal li dejjem kien favur li Malta jkollha l-aħjar relazzjoni possibbli mal-UE billi jkun hemm kunsiderazzjonijiet speċjali għal karatteristiċi li għandha gżira-stat ċkejkna bħal Malta. ‘Qatt ma kont kontra l-Unjoni Ewropea. Dejjem konna ngħidu li Unjoni ta’ nazzjonijiet Ewropej hija xi ħaġa pożittiva imma konna ngħidu wkoll li l-aħjar relazzjoni għal Malta kienet relazzjoni speċjali li tagħti piż lil fatt li Malta hija gżira żgħira. Ilna għaxar snin membri tal-Unjoni Ewropea, forsi ftit aktar. Jekk tistaqsi lil parti l-kbira tal-esperti lokali u tal-ġurnalisti jgħidulek li bħala pajjiż morna tajjeb ħafna. Jien xettiku dwar dan. Jekk tħares lejn ir-rati ta’ tkabbir ta’ dawn l-aħħar għaxar snin, dawn juru li r-rata ta’ tkabbir tal-ekonomija kienet aktar kajmana meta mqabbel mar-ritmu li kien ikollna qabel.’

Mistoqsi dwar l-immigrazzjoni, Dr Sant qal li mhux l-istati membri kollha tal-UE jaqblu dwar l-istess soluzzjonijiet biex tingħeleb il-kriżi. ‘Hemm il-problemi għax il-pajjiżi jridu jsolvuha mill-għajnejn tal-interessi nazzjonali tagħhom u allura m’hemmx għaqda bejniethom dwar dan. L-Ewropej issa qed iduru lejn it-Turkija li għandha madwar 3 miljun refuġjat mis-Sirja. Għalhekk iridu jiddiskutu x’jista’ jsir biex it-Turkija żżomm dawn ir-refuġjati sakemm eventwalment il-problemi tas-Sirja jissolvew u ħafna refuġjati jkunu jridu jerġgħu jmorru lura pajjiżhom. Imma dan kollu la hu pjan u lanqas soluzzjoni.’ emfasizza l-Ewroparlamentari Malti.

Dwar il-kontribuzzjoni tal-UE fis-settur edukattiv Malti, Dr Sant qal li l-effetti pożittivi nħassu fl-edukazzjoni terzjarja. ‘L-Unjoni Ewropea tikkontribwixxi permezz ta’ programmi f’livell universitarju u post universitarju, anki permezz ta’ skambju ta’ studenti. Dan huwa tajjeb ħafna. Imma ma kellux effett fuq il-livell primarju u sekondarju li jaqgħu taħt il-kompetenzi nazzjonali. Naħseb li għandna ninvestu aktar f’dan il-qasam.’

Dr Sant tkellem dwar l-industrija tas-sajd f’Malta li ntlaqtet ħażin bir-regoli tal-UE li huma applikati b’mod ugwali fil-membri stati kollha tal-UE, irrispettivament mill-karatteristiċi uniċi tal-pajjiżi. ‘Marsaxlokk huwa l-aktar villaġġ tradizzjonali tas-sajd’ qal Dr. Sant lil France 24. ‘Ħafna restoranti f’dal-villaġġ huma propjeta’ tal-familji tas-sajjieda. Matul is-snin in-negozju tagħhom naqas f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sajd. Kellhom jaċċettaw ir-regoli tal-Ewropa dwar il-qbid tas-sajd. Qed jgħidu li mhux jaqilgħu flus daqs kemm kienu jaqilgħu fil-passat.’ qal Dr. Sant.

Segwi l-intervista ta’ Dr Sant mal-Istazzjon France 24 :

 

IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fl-2016 se jkun qed jiżvolġi d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa. Hemm min irid li jibni strutturi aqwa ta’ għaqda, jagħmilha anki ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI FUQ FOMM KULĦADD

Fl-aħħar summit il-mexxejja Ewropej iffukaw fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni u fuq il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Huma insistew li jsiru kontrolli sistematiċi ...
Read More

IT-TURKIJA TKOMPLI RIESQA

It-Turkija għadha kemm fetħet il-kapitlu dwar l-ekonomija u l-politika monetarja fin-negozjati tagħha biex issir membru tal-Unjoni Ewropea. Dan il-kapitlu jitkellem ...
Read More

IL-GRIEGI JRAQQDU L-IMMIGRANTI MAGĦHOM

Il-Greċja se żżid il-postijiet biex fihom joqogħdu l-immigranti permezz ta’ programm ta’ sussidji biex l-immigranti joqogħdu fi djar privati. Dan ...
Read More

GĦAWDEX: SE JIBQA’ IŻOLAT?

Membri tal-Kunsill tal-‘Gozo Business Chamber’ qablu li jipprovdu lill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant, eżempji konkreti ta’ mekkaniżmi li ma jaqblux ...
Read More

GĦAWDEX: QUO VADIS IŻ-ŻGĦAŻAGĦ?

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Kunsill tal-‘Grupp Universitarju Għawdxi (GUG) li Għawdex jista’ jibbenefika minn ekonomija diġitali b’saħħitha. Dr Sant, ...
Read More

GĦAWDEX: ’IL FEJN IT-TURIŻMU?

It-turiżmu f’Għawdex sejjer tajjeb imma hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar kif qed jevolvi dan is-settur. Dan kien il-punt ċentrali ...
Read More

‘DEJJEM RIDT RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UE’

Matul l-aħħar għaxar snin dawk is-setturi li f’Malta marru tajjeb ħafna, speċjalment is-servizzi finanzjarji, it-turiżmu u l-igaming, ftit li xejn ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI

L-għadd ta’ impjiegi żdiedu bi 0.3% fiż-żona Ewro u bi 0.4% fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fit-tielet kwart tal-2015, meta mqabbel mat-tieni ...
Read More

TIŻDIED IL-POPOLAZZJONI

It-total tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea hija 508, 940, 955 ruħ. Il-Ġermanja għandha 15.93% mit-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea, Franza (13.04%), ir-Renju Unit ...
Read More

X’INHU L-FRONTEX?

Il-Frontex tikkoordina t-tmexxija tal-fruntieri tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Din l-aġenzija tgħin lil awtoritajiet tal-fruntieri tal-istati membri ...
Read More

DRAWWIET L-EWWEL TAS-SENA

Fl-ewwel ta’ Jannar madwar il-bliet Ewropej jispikkaw tradizzjonijiet pjaċevoli li jawguraw bidu ta’ sena mill-aqwa. Fl-Ingilterra, fiċ-ċentru ta’ Londra, fl-ewwel ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment