Il-kwalita` tal-arja fl-Unjoni Ewropea trid titjieb b’mod urġenti. Minħabba f’hekk il-Ministri tal-Ambjent ta’ 9 stati membri ssejħu Brussell mill-Kummissarju tal-Ambjent Karmenu Vella għax pajjiżhom ripetutament qed jaqbeż il-limitu tat-tniġġis tal-arja tollerat mil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea.

Id-disa’ pajjiżi – Repubblika Ċeka, Franza, Ġermanja, Ungerija, Italja, Romanija, Slovakkja, Spanja u r-Renju Unit diġa` għandhom proċeduri kontrihom u jistgħu jiġu referuti lil Qorti Ewropea tal-Ġustizzja minħabba l-kwalita` tal-arja. Il-laqgħa se tipprovdilhom opportunita` juru li qed jaddottaw il-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw is-sitwazzjoni.

“Din il-laqgħa saret għal tliet raġunijiet. Biex nipproteġu liċ-ċittadini. Biex niċċaraw li jekk mhux se jkun hemm titjib fil-kwalita` tal-arja se jkun hemm konsegwenzi legali. U biex infakkru lill-Istati Membri li dan il-pass iseħħ wara perijodu twil, xi wħud jgħidu li hu twil ħafna, ta’ għajnuna, pariri u twissijiet,” qal il-Kummissarju Karmenu Vella.

Il-Kummissjoni qed issemmi l-possibilita` ta’ proċeduri legali f’każ kontra stati membri li ma jilħqux ir-riżultati mixtieqa.

 

ANQAS SIĠĠIJIET FIL-PARLAMENT EWROPEW

In-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew mistenni jonqos għal 705 mis-751 siġġu tal-lum. Dan se jsir fuq suġġeriment tal-Kumitat Parlamentari Ewropew ...
Read More

 MHUX KREDIBBLI MILL-BIDU SAL-AĦĦAR

Alfred Sant qal li l-eżerċizzju tal-Parlament Ewropew biex “jinvestiga” l-istat tad-dritt f’Malta baqa’ mhux kredibbli mill-bidu sal-aħħar. Il-ħidma tad-delegazzjoni tal-Parlament ...
Read More

TERZ TAL-GASS FL-EWROPA ĠEJ MIR-RUSSJA

L-Ewropa qed issir aktar dipendenti mir-Russja għall-gass. L-industrija tal-gass Russa Gazprom qalet li għas-sena 2017 għamlet konsenji rekord li jlaħħqu ...
Read More

DISA’ PAJJIŻI MSEJĦA BRUSSELL MINĦABBA L-KWALITA` TAL-ARJA

Il-kwalita` tal-arja fl-Unjoni Ewropea trid titjieb b’mod urġenti. Minħabba f’hekk il-Ministri tal-Ambjent ta’ 9 stati membri ssejħu Brussell mill-Kummissarju tal-Ambjent ...
Read More

MIL-LISTA S-SEWDA GĦAL-LISTA L-GRIŻA

L-Unjoni Ewropea neħħiet tmien pajjiżi terzi minn fuq “il-lista s-sewda” tagħha: Barbados, Grenada, Korea ta’ Fuq, Macau, Mongolia, Panama, Tuniżija ...
Read More

INĠUSTIZZJA MAL-BULGARIJA

Il-Bulgarija u r-Romanija ddeskrivew bħala ‘inġust’ it-trattament li ngħataw dwar id-dħul tagħhom fix-Schengen. “Nemmnu li f’ċerti pajjiżi Ewropej, l-istati mhux ...
Read More

Il-PRIJORITAJIET TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2018

Il-Kummissarji Ewropej qablu dwar il-prijoritajiet għal din is-sena li fiha se titkompla r-riforma tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, se jkomplu jissaħħu ...
Read More

GĦARFIEN AKBAR DWAR L-ISTATI FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA

Il-Presidenza Bulgara tal-UE tista’ tagħti aktar importanza lill-istati tal-periferija tal-Ewropa flimkien mal-prijorita` li qed tagħti lit-tisħiħ tar-relazzjonijiet reġjonali tal-Balkani. L-inklużjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment