Il-Ġappun determinat li jagħti spinta lin-negozjati dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles u investiment mal-UE. Il-Kummissarju tal-Kummerċ Cecilia Malmstrom laqgħet din id-deċiżjoni u qalet li tixtieq li jintlaħaq qbil sal-aħħar ta’ din is-sena. Il-Kummissarju qalet li ftehim bħal dan iżid il-possibilitajiet ta’ kummerċ, l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku. In-negozjati ilhom li bdew mill-2013. Waqfu għal kollox fl-2015 biex reġgħu bdew mill-ġdid f’April ta’ din is-sena.

Bħalissa l-Unjoni Ewropea għaddejja b’taħdidiet għal kummerċ ħieles u investiment mal-Kanada (CETA), l-Istati Uniti (TTIP) u mal-pajjiżi magħrufa bħala MERCOSUR (Arġentina, Brażil, Paragwaj u Urugwaj – u l-Veneżwela li mhux tieħu sehem fit-taħdidiet).

Il-Brażil jixtieq jikkonkludi t-taħdidiet fi żmien sentejn. Il-Kummissarju Ewropea tal-Kummerċ Malmstrom kienet kawta u ma ntrabtitx ma’ żmien stipulat.

Il-ftehim ta’ kummerċ mal-Kanada ġie ffinalizzat sentejn ilu u riesaq biex jiġi approvat mill-Parlamenti Ewropej u dak Kanadiż. Fil-każ tal-ftehim tal-Istati Uniti qamu oġġezzjonijiet u diffikultajiet kbar dwar ’il fejn se jwassal dan il-ftehim. In-negozjati għadhom għaddejjin iżda żgur li mhux se jkunu finalizzati sal-aħħar ta’ din is-sena.

Il-bdiewa Ewropej għaddejjin minn żmien diffiċli u qed jitolbu protezzjoni speċjali fuq il-laħam u l-prodotti tal-ħalib. Dan ifisser li l-progress fin-negozjati fuq dawn is-setturi jaf ikun diffiċli ħafna.

GĦAJNEJN L-EWROPA FUQ L-UNGERIJA

Ir-referendum tal-Ħadd li għadda fl-Ungerija kif se jiġi interpretat? L-Ungeriżi ġew mitluba jivvotaw dwar l-immigrazzjoni u l-politika tal-Kummissjoni Ewropea li ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA FAVUR DIFIŻA KOMUNI

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini għaddejja bil-konsultazzjonijiet biex jintlaħaq qbil dwar żviluppi ġodda fil-qasam tas-sigurta` u d-difiża komuni ...
Read More

JIPPREŻENTA RAPPORT DWAR INVESTIMENTI ĠODDA FL-UE

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant, rapporteur għal grupp tal-S&D, ippreżenta rapport dwar investimenti ġodda fi ħdan l-Unjoni waqt laqgħa tal-Kumitat Ekonomiku ...
Read More

DISKUSS IL-KUMMERĊ BEJN IL-ĠAPPUN U L-UE

Il-Ġappun determinat li jagħti spinta lin-negozjati dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles u investiment mal-UE. Il-Kummissarju tal-Kummerċ Cecilia Malmstrom laqgħet din ...
Read More

BDIEWA GĦAWDXIN IRIDU JIPPENETRAW IS-SWIEQ EWROPEJ

Bdiewa Għawdxin se jressqu l-proposti tagħhom lil Alfred Sant f’rapport formali biex isegwih f’livelli differenti tal-Parlament Ewropew bl-għan li jżidu ...
Read More

IRIDU AKTAR OPPORTUNITAJIET TA’ XOGĦOL F’GĦAWDEX

Żgħażagħ Għawdxin jixtiequ aktar opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex, minkejja li jifhmu li llum ikollhom jagħmlu karriera f’Malta jew lil hinn ...
Read More

200 SENA ILU IVVINTAW L-ISTETOSKOPJU

FL-1816 fi sptar f’Pariġi it-tabib Rene` Laennec kellu pazjenta tbati minn problemi f’qalbha. Ftit kien hemm xi jsir ħlief li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment