Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li ma jistax jaċċetta ż-żieda fl-infiq ippjanat mill-Gvern Taljan fil-baġit nazzjonali. Juncker qal li l-Italja trid tirrispetta l-impenn li ħadet mal-UE li tnaqqas id-dejn pubbliku nazzjonali.

L-Italja issottomettiet dokument tal-baġit li jżid id-defiċit b’2.4% tal-PGD.

“Jekk naċċettaw din iż-żieda ta’ defiċit…. pajjiżi oħra tal-UE jinsulentawna, u jakkużawna li qed inkunu wisq flessibbli mal-Italja.” qal Juncker.

Kull pajjiż fiż-żona ewro jrid jippreżenta l-baġit nazzjonali tiegħu lil Kummissjoni sa nofs Ottubru biex l-UE tikkontrolla l-infiq tal-pajjiżi.

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte qal li żieda fin-nefqa hija meħtieġa biex tinċentiva l-investiment fil-pajjiż.

“Aħna konvinti li t-triq tal-awsterita` hija triq li ma nistgħux nibqgħu nimxu fiha.” qal Conte iżda l-pjan tiegħu mistenni jqanqal reazzjoni iebsa mill-pajjiżi taż-żona ewro.

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk qal li minkejja d-diżgwid, xorta huwa possibbli li jintlaħaq qbil dwar il-baġit Taljan sa Diċembru.

Il-Kummissjoni diġa` wissiet lil Italja, permezz ta’ ittra, li l-abbozz tal-baġit li ppreżentat “jiddevja” mill-pjanijiet u l-impenji li kellha l-Italja mal-pajjiżi taż-żona ewro. Il-Kummissjoni qed titlob aktar informazzjoni. Jekk l-Italja tibqa’ ssostni l-pożizzjoni tagħha il-Kummissjoni ma taċċettax l-abbozz tal-baġit Taljan. F’dak il-każ l-Italja tkun trid terġa’ tikteb il-baġit tagħha.

JOUROVA GĦADHA MA WEĠBITX GĦALL-AKKUŻI TA’ ALFRED SANT

Il-Kummissarju Vera Jourova għadha ma tatx dettalji dwar x’azzjonijiet ħadet jew x’każijiet qed tipprepara biex tinvestiga l-Kummissjoni Ewropea dwar attivitajiet ...
Read More

DIŻGWID DWAR IL-BAĠIT TALJAN

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li ma jistax jaċċetta ż-żieda fl-infiq ippjanat mill-Gvern Taljan fil-baġit nazzjonali. Juncker qal ...
Read More

GWERRA FUQ KULL FRONT GĦAL MAY

Kull tip ta’ ftehim li tista’ tilħaq il-Prim Ministru Theresa May mal-UE jrid l-appoġġ minn tal-inqas ta’ 325 deputati parlamentari ...
Read More

RELAZZJONIJIET IMDENDLA MAL-IŻVIZZERA

Wara erba’ snin ta’ negozjati mal-Iżvizzera l-UE qed twissi li wasal iż-żmien li jintlaħaq qafas regolatorju ġdid bejn iż-żewġ naħat ...
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Għawdex jeħtieġ l-intervent u l-għajnuna tal-istat biex jissaħħaħ bħala destinazzjoni Ewropea u bħala destinazzjoni nazzjonali u jkompli jtejjeb il-konnettivita` tiegħu ma’ ...
Read More

IRIDU JIBAGĦTU L-IMMIGRANTI LURA N-NIĠERJA

Franza u l-Italja bdew ħidma konġunta man-Niġerja għal ritorn ta’ immigranti Niġerjani lejn pajjiżhom. Dwar dan saret laqgħa bejn il-Kummissarju ...
Read More

ALFRED SANT FAVUR  ŻIEDA TA’ 5% TAL-PAGA MINIMA FL-UE

Alfred Sant qal li jeħtieġ naħdmu biex fuq livell Ewropew il-paga minima nazzjonali tkun aġġustata fl-UE biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-pajjiżi ...
Read More

KONTRA L-IFFINANZJAR TA’ MILIZJI MILITARI FIL-LIBJA

Il-Banek Ċentrali tal-istati membri tal-UE għandhom ikunu sorveljati biex ma jintefqux flus fuq traffikar ta’ żejt, traffikar ta’ nies u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment