Fl-ewwel ta’ Jannar madwar il-bliet Ewropej jispikkaw tradizzjonijiet pjaċevoli li jawguraw bidu ta’ sena mill-aqwa. Fl-Ingilterra, fiċ-ċentru ta’ Londra, fl-ewwel ta’ Jannar issir parata li din id-darba se tagħlaq 30 sena. Żeffiena, akrobatiċi, cheerleaders, mużiċisti u artisti varji jingħaqdu fil-qalba tal-belt biex joħolqu ċelebrazzjoni ta’ kuluri u arti kontemporanja imżewqa wkoll b’dik tradizzjonali. Il-parata jkollha madwar 8, 000 artist u tattira mal-500,000 spettatur.

L-Awstrijaċi huma rinomati għall-kunċert filarmoniku f’Musikverein fi Vjenna, kunċert li baqa’ jżid fil-popolarita` internazzjonali permezz tat-televiżjoni. Dan il-kunċert qed jixxandar f’madwar 90 pajjiż madwar id-dinja u fih jindaqqu melodiji mir-repertorju vast tal-familja Johann Strauss u tal-kontemporanji tiegħu.

L-Isvediżi fl-ewwel ġurnata tas-sena dejjem ikollhom ħafna kesħa u allura jippreferu jippjanaw ikla ġewwa s-sħana ta’ darhom. Għandhom it-tradizzjoni li jarmaw mejda sabiħa bl-aħjar tvalji, platti u tazzi u bix-xemgħat għall-atmosfera. Bħala simbolu ta’ risq u prosperita` fl-ikla tal-ewwel tas-sena jieklu l-legumi u l-fażola sewda. Bħalna l-Maltin, jagħmlu xi riżoluzzjoni li jaqtgħu xi vizzju u li mhux neċessarjament se jirnexxielhom jaħsbu fih matul is-sena.

Fl-Olanda, il-ħelu tipiku tal-ewwel tas-sena huma l-‘oliebollen’ u l-‘appelflappen’. L-oliebollen huma doughnuts miksija bl-icing sugar filwaqt li l-appelflappen huma fritturi bit-tuffieħ. Żewġ ħlewwiet li jkunu komuni mhux biss fl-ewwel ġurnata tas-sena, imma tul ix-xahar ta’ Diċembru kollu.

Fil-Greċja l-ġurnata tal-ewwel tas-sena timmarka l-festa ta’ San Basilju, wieħed mill-missirijiet tal-knisja Ortodossa. L-ewwel ta’ Jannar għal Griegi huwa taħlita ta’ tradizzjonijiet antiki u moderni. Filgħodu t-tfal imorru bieb bieb ikantaw l-innijiet tal-Milied fejn jingħataw xi muniti żgħar tal-flus min-nies fid-djar. Skont it-tradizzjoni Griega, il-bidu ta’ sena ġdida huwa żmien propizju biex tilgħab logħba karti jew tilgħab b’xi dada allura huwa komuni li l-Griegi jilagħbu xi logħba bejniethom matul din il-ġurnata. Il-logħob huwa organizzat fil-klabs, barijiet, fil-kafetteriji u anki fid-djar. Il-lotterija nazzjonali hija segwita ħafna f’dan iż-żmien u l-premju tagħha jilħaq il-miljuni. Anki l-Griegi jħobbu jagħmlu xi ikla d-dar, fejn hija d-drawwa li jaħmu għamla ta’ ħobż ħelu, fih jaħbu munita tal-ewro. Min tiġih is-slajs bil-munita jingħad li jkollu r-risq is-sena kollha.

F’Malta hija tradizzjoni li l-familji jiltaqgħu għall-ikla tal-Ewwel tas-Sena, il-biċċa l-kbira fid-djar jew f’xi restorant jew lukanda.

IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fl-2016 se jkun qed jiżvolġi d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa. Hemm min irid li jibni strutturi aqwa ta’ għaqda, jagħmilha anki ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI FUQ FOMM KULĦADD

Fl-aħħar summit il-mexxejja Ewropej iffukaw fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni u fuq il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Huma insistew li jsiru kontrolli sistematiċi ...
Read More

IT-TURKIJA TKOMPLI RIESQA

It-Turkija għadha kemm fetħet il-kapitlu dwar l-ekonomija u l-politika monetarja fin-negozjati tagħha biex issir membru tal-Unjoni Ewropea. Dan il-kapitlu jitkellem ...
Read More

IL-GRIEGI JRAQQDU L-IMMIGRANTI MAGĦHOM

Il-Greċja se żżid il-postijiet biex fihom joqogħdu l-immigranti permezz ta’ programm ta’ sussidji biex l-immigranti joqogħdu fi djar privati. Dan ...
Read More

GĦAWDEX: SE JIBQA’ IŻOLAT?

Membri tal-Kunsill tal-‘Gozo Business Chamber’ qablu li jipprovdu lill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant, eżempji konkreti ta’ mekkaniżmi li ma jaqblux ...
Read More

GĦAWDEX: QUO VADIS IŻ-ŻGĦAŻAGĦ?

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Kunsill tal-‘Grupp Universitarju Għawdxi (GUG) li Għawdex jista’ jibbenefika minn ekonomija diġitali b’saħħitha. Dr Sant, ...
Read More

GĦAWDEX: ’IL FEJN IT-TURIŻMU?

It-turiżmu f’Għawdex sejjer tajjeb imma hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar kif qed jevolvi dan is-settur. Dan kien il-punt ċentrali ...
Read More

‘DEJJEM RIDT RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UE’

Matul l-aħħar għaxar snin dawk is-setturi li f’Malta marru tajjeb ħafna, speċjalment is-servizzi finanzjarji, it-turiżmu u l-igaming, ftit li xejn ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI

L-għadd ta’ impjiegi żdiedu bi 0.3% fiż-żona Ewro u bi 0.4% fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fit-tielet kwart tal-2015, meta mqabbel mat-tieni ...
Read More

TIŻDIED IL-POPOLAZZJONI

It-total tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea hija 508, 940, 955 ruħ. Il-Ġermanja għandha 15.93% mit-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea, Franza (13.04%), ir-Renju Unit ...
Read More

X’INHU L-FRONTEX?

Il-Frontex tikkoordina t-tmexxija tal-fruntieri tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Din l-aġenzija tgħin lil awtoritajiet tal-fruntieri tal-istati membri ...
Read More

DRAWWIET L-EWWEL TAS-SENA

Fl-ewwel ta’ Jannar madwar il-bliet Ewropej jispikkaw tradizzjonijiet pjaċevoli li jawguraw bidu ta’ sena mill-aqwa. Fl-Ingilterra, fiċ-ċentru ta’ Londra, fl-ewwel ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment