L-industrija tal-gass Ewropea nefqet €100 miljun fl-2016 biex tinfluwenza entitajiet governattivi tal-UE. Dan ġie żvelat minn Corporate Europe Observatory (CEO) li huwa grupp li jinvestiga kif kumpaniji u korporazzjonijiet kbar jinfluwenzaw il-politika tal-UE. L-industrija tal-gass impjegat mal-elf persuna għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet fil-Parlament Ewropew u laqgħat maż-żewġ Kummissarji relatati mal-enerġija biex “jinfluwenzaw l-aġenda politika tagħhom, bl-għan li jżidu l-profitti tagħhom askaptu tal-klima.”

Biex tħalli l-influwenza tagħha, l-industrija tal-gass ħadet sehem f’460 laqgħa mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Viċi President tal-Enerġija u l-Klima Miguel Arias Canete bejn Novembru tal-2014 u Awwissu tal-2017. Dan ifisser medja ta’ tliet laqgħat fil-ġimgħa.

Il-Grupp CEO jikkritika lil Canete għax fil-passat kien involut fl-industrija tal-gass u ż-żejt, għad għandu rabtiet ma’ din l-industrija u qed imexxi l-aġenda tal-industrija tal-gass fl-aktar livell politiku għoli bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-mexxejja nazzjonali. Il-pjan hu li jinħoloq suq integrat tal-gass fl-UE permezz ta’ infrastruttura ġdida.

Minflok investiment fl-enerġija mix-xemx, ir-riħ u l-kurrenti tal-ibħra, l-istrateġija tal-UE għall-futur tinkorpora aktar pajpijiet biex tiżdied l-importazzjoni tal-gass mill-Ażerbajġan u l-Alġerija.

IX-XOQQA F’MOXTHA

Fil-Parlament Ewropew nhar it-Tlieta rajna koalizzjoni ta’ forzi politiċi tikkritika lil Gvern Malti dwar is-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna. Fuq quddiem nett ...
Read More

IL-LUSSEMBURGU KONTRA SANZJONIJIET FUQ TAX HAVENS

L-UE qed tfassal lista sewda ta’ pajjiżi madwar id-dinja li huma tax havens. Il-Ministru tal-Finanzi tal-Lussemburgu Pierre Gramegna qal li ...
Read More

MACRON: L-EWROPA GĦANDHA TIKKRITIKA LIR-RUSSJA U LIT-TURKIJA, IŻDA MHUX TAGĦTIHOM DAHARHA

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-Ewropa għandha tikkritika lir-Russja u lit-Turkija, iżda għandha tevita li tagħtihom daharha. F’diskors fil-Qorti ...
Read More

€100 MILJUN  BIEX JINBIGĦ AKTAR GASS FL-UE

L-industrija tal-gass Ewropea nefqet €100 miljun fl-2016 biex tinfluwenza entitajiet governattivi tal-UE. Dan ġie żvelat minn Corporate Europe Observatory (CEO) ...
Read More

RISKJU GĦALL-KREDENZJALI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Jekk dil-mozzjoni konġunta tgħaddi kif miktuba, il-kredenzjali tal-Parlament Ewropew li jurina kif niddefendu l-valuri Ewropej b’mod trasparenti u b’mod onest ...
Read More

ARJA AKTAR NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea informat lill-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant u l-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula li laqgħet il-proposta tagħhom u se tinvesti €10 ...
Read More

IT-TOROQ EWROPEJ DOMINATI MINN VETTURI B’MAGNI DIESEL

Fi żmien meta l-magni diesel huma kritikati fl-UE minħabba raġunijiet ta’ saħħa u ta’ effett ħażin fuq il-klima,  il-parti l-kbira ...
Read More

DELEGAZZJONI TAL-ECON F’LISBONA

Delegazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew (ECON) żaret il-Belt Portugiża ta’ Lisbona u ddiskutiet it-tibdil li seħħ fil-Portugall wara ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment