Kull sena, l-istati membri tal-UE jitilfu aktar minn €151 biljun fid-dħul tagħhom minħabba frodi fil-VAT, inklużi €50 biljun bis-saħħa ta’ dik li tissejjaħ ‘carousel fraud’ f’kummerċ bejn stat membru u ieħor. Is-sistema tal-VAT tal-UE, li nħolqot fl-1993 hija skaduta, kumplessa żżejjed u mhux addattata għal kummerċ diġitali u dak bejn l-istati membri. Il-Kummissjoni Ewropea issa qed tipproponi għadd ta’ miżuri biex tikkumbatti dawn il-frodi massiċċi. Fil-Parlament tressqet mozzjoni dwar il-proposti tal-KE li għaddiet b’maġġoranza kbira.

Alfred Sant wissa li l-KE m’għandhiex tkun sproporzjonata fil-proposti leġiżlattivi tagħha biex tikkumbatti l-frodi fil-VAT bir-riskju li tweġġa’ s-sovranita` tal-istati membri tal-UE fil-qasam tat-tassazzjoni. Dan qalu Alfred Sant meta spjega l-vot tiegħu fil-Parlament Ewropew favur mozzjoni dwar il-proposti l-ġodda tal-KE kontra l-frodi fil-VAT. Dr Sant qal li għandha tingħata attenzjoni kbira għax il-kumplikazzjonijiet jistgħu jkunu ta’ piż fuq l-intrapriżi żgħar u medji, speċjalment fuq l-intrapriżi żgħar ħafna u jista’ jkun hemm implikazzjonijiet għall-kummerċ fis-suq diġitali.

“Ivvotajt favur il-proposta għax tipproteġi d-dħul nazzjonali tat-taxxa. Tagħmel dan għax tikkonsidra li l-uffiċċjali tat-taxxa se jipproteġu d-dħul mit-taxxa ta’ stati oħra daqs li kienu dovuti lill-istat tagħhom,” qal Alfred Sant.

Il-mozzjoni għaddiet b’ 576 vot favur, 30 kontra u 32 astenzjoni.

 

UĠIGĦ TA’ RAS GĦAŻ-ŻONA EWRO

Is-Summit bejn il-mexxejja tal-pajjiżi kollha tal-UE għada 15 ta’ Diċembru mistenni jiddiskuti proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-integrazzjoni taż-żona ewro. Pożizzjoni ...
Read More

SCHULZ FAVUR STATI UNITI TAL-EWROPA

Martin Schulz, mexxej tas-Soċjal Demokratiċi fil-Ġermanja qed iħeġġeġ lil sħabu biex jimbottaw favur l-idea ta’ stati uniti tal-Ewropa sas-sena 2025 ...
Read More

€151 BILJUN MITLUFA ĦABBA FRODI FIL-VAT KULL SENA

Kull sena, l-istati membri tal-UE jitilfu aktar minn €151 biljun fid-dħul tagħhom minħabba frodi fil-VAT, inklużi €50 biljun bis-saħħa ta’ ...
Read More

JAQBLU DWAR ID-DIVORZJU

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-PM Ingliża Theresa May laħqu ftehim dwar l-ewwel fażi tad-divorzju bejn ir-Renju Unit u ...
Read More

L-IRLANDA TIĠBOR  IT-TAXXI DOVUTI MILL-KUMPANIJA APPLE

Il-Gvern Irlandiż se jibda jiġbor it-taxxa dovuta mill-Kumpanija Apple fil-bidu tal-2018. F’Ottubru li għadda l-Kummissjoni Ewropea rreferiet lill-Irlanda lill-Qorti tal-Ġustizzja ...
Read More

TOKYO U L-UE JAQBLU DWAR KUMMERĊ ĦIELES

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker iltaqa’ mal-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe fi Brussell biex iffinalizzaw l-aħħar dettalji ta’ ftehim ...
Read More

 FAVUR TRASPARENZA, KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI FIT-TASSAZZJONI

Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu favur miżuri għal aktar trasparenza fit-taxxa iżda oppona l-proposti dwar miżuri għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fuq livell ...
Read More

L-UKRENI FAVUR IN-NATO U SĦUBIJA FL-UE  

Il-President Ukren Petro Poroshenko qal li fil-ġejjieni qarib fl-Ukraina se jsir referendum li fih il-poplu Ukren jappoġġja d-dħul tal-Ukraina fin-NATO ...
Read More

 

 

 

Facebook Comments

Post a comment