L-Eritrea mistennija tirċievi €200 miljun sas-sena 2020. Il-Parlament Ewropew qed jisħaq mal-Kummissjoni biex tassigura ruħha li l-ebda ċenteżmu minn dawn il-fondi ma jmur fil-but tal-gvern awtokratiku tal-Eritrea. Il-Gvern tal-Eritrea ġie deskritt bħala wieħed mill-agħar fost dawk li jiksru d-drittijiet tal-bniedem.

Skont il-Parlament Ewropew, il-fondi jridu jintużaw esklussivament bħala għajnuna għall-poplu tal-Eritrea. Il-fondi għandhom jingħataw bil-kundizzjoni li d-drittijiet tal-bniedem ikunu rispettati u bil-kundizzjoni li l-politika tal-enerġija tal-pajjiż tkun aċċessibbli għal kulħadd.

Il-Parlament Ewropew wera t-tħassib tiegħu għal mod kif qed jitmexxa l-pajjiż; mingħajr liberta` tal-espressjoni, mingħajr ġustizzja u mingħajr demokrazija. Ir-reġim awtoritarju tal-Eritrea jmexxi billi jqanqal il-biżgħa – bit-tortura u d-detenzjoni u bil-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, li parti minnhom huma atti kriminali kontra l-umanita`.

Il-Parlament Ewropew qed isejjaħ għall-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi u ta’ dawk li sfaw priġunieri minħabba l-ideat tagħhom li mhux tollerati mill-Gvern Eritrean. Dawn jinkludu 11-il membru tal-Parlament Eritrean u membri tal-Front favur id-Demokrazija u l-Ġustizzja li ilhom miżmumin sa mis-sena 2011 mingħajr il-possibilita` li jkellmu avukat. Jinkludu wkoll 10 ġurnalisti indipendenti li ilhom jinżammu illegalment mis-sena 2001 – fosthom hemm Dawit Isaak, Svediż li safa priġunier minħabba l-valuri tiegħu.

Il-Gvern tal-Eritrea għadu kif ħeles 4 suldati li sfaw priġunieri fl-2008 fil-fruntiera bejn Djibouti u l-Eritrea waqt konfront dwar il-kontroll tat-territorju ta’ Ras Doumeira.

Is-sitwazzjoni fl-Eritrea taffettwa direttament lill-Ewropa minħabba l-effett tan-numru tar-refuġjati. Kull xahar jitilqu 5,000 Eritrean mill-Eritrea. Fl-2015, intlaqgħu 69% tal-applikazzjonijiet tal-Eritreani jitolbu l-ażil. Dawn ingħataw status ta’ refuġjat fl-Ewropa. 

ATTAKK FUQ L-EWROPA

L-attakki terroristiċi fi Brussell ħasdu lil kulħadd, minkejja li kif stqarr il-Prim Ministru Belġjan il-forzi tas-sigurta` Belġjani kienu qed jistennewhom ...
Read More

IL-FTEHIM BEJN IT-TURKIJA U L-UE: KEMM SE JKUN EFFETTIV?

L-UE se tibda tibgħat lura lit-Turkija l-immigranti li jaslu fuq ix-xtut tagħha. Għal kull immigrant li jintbagħat lura, se tieħu ...
Read More

JAGĦTU DAQQA T’ID LIL GREĊJA

13-il stat membru tal-UE flimkien man-Norveġja qed joffru l-għajnuna u l-assistenza tagħhom lil Greċja, li bħalissa hija mifnija bil-problemi tal-immigranti ...
Read More

MA JIRRISPETTAWX L-OBBLIGI BAĠITARJI TAGĦHOM

Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet it-tħassib tagħha għaliex Spanja, il-Belġju, il-Kroazja, il-Finlandja, l-Italja u r-Rumanija mhumiex jirrispettaw l-obbligi baġitarji tagħhom. Il-Kummissjoni wissiet ...
Read More

AKTAR FLESSIBILITA` DWAR IR-RATI TAL-VAT

Il-Kunsill tal-Ewropa jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li tiżdied il-flessibilita` nazzjonali dwar rati mnaqqsa tal-VAT. Il-Kummissjoni qed tħejji pjan ta’ azzjoni dwar ...
Read More

L-UNJONI BANKARJA GĦANDHA TINDIRIZZA IR-REALTAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Il-miżuri l-ġodda tal-Unjoni Bankarja għandhom jindirizzaw ir-realtajiet tal-istati membri u m’għandhomx ikunu kollha tal-istess tip għal kulħadd; dawn il-miżuri m’għandhomx ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI FL-EWROPA

Ir-rata ta’ nies fid-dinja tax-xogħol qed tiżdied, anki jekk b’mod kajman fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ nies jaħdmu żdiedet b’medja ta’ ...
Read More

MEĦTIEĠA SOLUZZJONIJIET ĠODDA GĦALL-GŻEJJER ŻGĦAR TAL-UE

Membri Parlamentari Ewropej minn Sqallija, Sardinja, gżejjer Griegi, Ċipru u Malta qablu li l-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha soluzzjonijiet ġodda għall-politika ...
Read More

GĦAWDEX JIXRAQLU TRATTAMENT SPEĊJALI

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi li gżejjer żgħar bħal Għawdex ma jaffettwawx is-suq ħieles u li r-regoli tal-għajnuna tal-istat u r-regoli ...
Read More

€200 MILJUN GĦALL-ERITREA

L-Eritrea mistennija tirċievi €200 miljun sas-sena 2020. Il-Parlament Ewropew qed jisħaq mal-Kummissjoni biex tassigura ruħha li l-ebda ċenteżmu minn dawn ...
Read More

X’INHU INTERGROUP?

Fil-Parlament Ewropew hemm 28 Intergroups. Dawn ġew approvati fil-11 ta’ Diċembru 2014 mill-Konferenza tal-Presidenti. L-Intergroups jistgħu jkunu ffurmati mill-Membri Parlamentari ...
Read More

TRADIZZJONIJIET  TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Fl-Ewropa x-xeni li jwassluna għall-ikbar festa tal-Knisja huma simili b’karatteristiċi differenti. F’Sevilja fi Spanja jsiru l-purċissjonijiet bir-Redentur b’xemgħat twal erba’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment