Il-Bank Ċentrali Ewropew ħabbar li għandu jiġbor €326 miljun f’kontijiet mill-banek ewropej taż-żona ewro bħala ħlas tas-superviżjoni li għamel fuqhom skont ir-regoli tal-Unjoni Bankarja għas-sena 2014-2015.

123 bank kbir taż-żona ewro li huma ssorveljati direttament mill-Bank Ċentrali Ewropew se jħallsu total ta’ €289.7 miljun (jiġifieri 89% tat-total). Il-kumplament tal-flus li jammontaw għal €36.3 miljun (jiġifieri 11% tat-total) se jitħallsu mit-3, 500 bank żgħir li huma sorveljati minn entitajiet nazzjonali.

Il-kontijiet se jkunu kkalkolati skont l-importanza tal-banek individwali u skont il-profil ta’ riskju. Sal-1 ta’ Lulju 2015, kull bank fiż-żona ewro jrid jagħti informazzjoni partikolari biex ikunu kkalkulati l-kontijiet tiegħu. Il-kontijiet finali għal kull bank se jintbagħtu aktar tard din is-sena.

Facebook Comments

Post a comment