L-Unjoni Ewropea ħabbret li se tagħti għajnuna finanzjarja li tlaħħaq it-€365.5 miljuni lil erba’ pajjiżi tal-Mediterran – l-Alġerija, il-Ġordan, il-Lebanon u l-Marokk. Dawn il-flejjes se jmorru għall-iżvilupp tas-settur privat, għal ħidma favur riformi demokratiċi u għall-kundizzjonijiet ta’ għejxien aħjar fil-pajjiżi tas-Sud tal-Mediterran. L-Alġerija se tirċievi €25 miljun, il-Ġordan €135 miljun, il-Lebanon €25 miljun u l-Marokk €180.5 miljun. Deċiżjonijiet oħra se jittieħdu fir-rigward tat-Tuneżija u l-Eġittu.
Il-pakkett ta’ għajnuna finanzjarja se jkun imqassam hekk: €237 miljun għall-iżvilupp tas-settur privat, €100 miljun se jmorru biex jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ għixien pereżempju permezz ta’ inizjattivi biex jitnaqqas il-faqar u aċċess għal servizzi mediċi bażiċi. €28.5 miljun se jservu bħala appoġġ biex isiru riformi demokratiċi fl-Alġerija, il-Lebanon u l-Marokk. L-UE hija tal-idea li din l-għajnuna hija meħtieġa fid-dawl tad-diffikultajiet li dawn il-pajjiżi qed iġarrbu.

L-ISTATI MEMBRI TAL-EU MITLUBA JŻOMMU KELMTHOM DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Aqra Aktar

IL-KROAZJA TRID TINED U SODOD GĦALL-IMMIGRANTI
Aqra Aktar

JEKK JGĦADDI L-‘BREXIT’ MA JKUNX HEMM REFERENDUM IEĦOR
Aqra Aktar

IR-RAPPORT ‘ROSATI’ MA JGĦADDIX
Aqra Aktar

L-EWROPA TEĦTIEĠ POLITIKA EKONOMIKA GĦALL-ISFIDI TAL-LUM
Aqra Aktar

TĦASSIB MINĦABBA L-INFLAZZJONI NEGATTIVA
Aqra Aktar

L-UE M’GĦANDHIEX TIBGĦAT MESSAĠĠI KONFLIĠĠENTI LILL-BANEK
Aqra Aktar

TNAQQIS FID-DEJN U D-DEFIĊIT FIL-PAJJIŻI TAL-EWRO FL-EWWEL KWART TAL-2015
Aqra Aktar

TRATTAMENT SPEĊJALI GĦAL GĦAWDEX FL-UNJONI EWROPEA
Aqra Aktar

IL-LIBJA TEĦTIEĠ PJAN TA’ AZZJONI
Aqra Aktar

€365.5 MILJUNI GĦALL-MAROKK, L-ALĠERIJA, IL-ĠORDAN U L-LEBANON
Aqra Aktar

ŻBILANĊ FIL-KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U Ċ-ĊINA
Aqra Aktar

IL-PARLAMENT EWROPEW IRID INAQQAS 317 IMPJIEG
Aqra Aktar

X’INHU L-VALLETTA SUMMIT?
Aqra Aktar

TAN-NANNA AKTAR MINN ĦELU MANNA
Aqra Aktar
Post a comment