Il-Membri Parlamentari Ewropej jaħsbu li l-pakket ta’ €500 miljun ewro tal-Kummissjoni għas-settur agrikolu mhux biżżejjed biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fil-prezzijiet u għat-telf li qed ikollhom il-bdiewa. Dan ħareġ fil-plenarja waqt dibattitu mal-Kummissarju tal-Agrikoltura Phil Hogan fejn intqal li l-istrumenti li jintużaw fi żminijiet ta’ kriżi jeħtieġ li jitjiebu filwaqt li l-pożizzjoni tal-bdiewa trid tissaħħaħ.

L-għaqda tal-bdiewa ewropej Copa-Cogeca wkoll uriet id-diżappunt tagħha għall-pakkett ta’ €500 miljun ewro. Din l-għajnuna mhux biżżejjed biex tagħmel tajjeb għat-telf tas-suq Russu li kien jammonta għall-esportazzjoni ta’ €5.5 biljun ewro fis-sena. L-Għaqda sostniet li l-pakkett tal-Kummissjoni ftit li xejn jitkellem dwar miżuri li jikkontrollaw is-suq u li jsolvu l-problemi fl-immedjat. Copa-Cogeca qalet li l-Kummissjoni taf li hemm kriżi kbira fis-settur imma qed tirrifjuta li tirranġaha.

Ħafna mill-Ministri tal-agrikoltura ewropej qablu mal-proposti tal-Kummissjoni waqt laqgħa informali fil-Lussemburgu. L-Awstrija, l-Polonja u anki l-Italja u l-Belġju kienu kritiċi għal ċerti miżuri jew dwar l-ammont ta’ flus li se jiksbu f’għajnuna diretta.

Mill-€500 miljun f’għajnuniet, €420 se jmorru f’dawn l-oqsma: €30 miljun għall-promozzjoni ta’ prodotti ewropej (ħalib u laħam tal-majjal), madwar €30 miljun f’għajnuna għar-refuġjati u madwar €20 miljun għal ħażna privata (ta’ ħalib, ġobon u laħam tal-majjal).

80% ta’ €420 miljun se jinqassmu skont il-kwoti tal-ħalib tal-istati membri tal-2014. L-20% l-oħra se jmorru għal dawk il-pajjiżi bl-akbar tnaqqis fil-prezzijiet tal-laħam tal-majjal minħabba l-embargo Russu fuq l-importazzjoni, b’mod partikolari l-istati Baltiċi u l-Finlandja, u dawk li kellhom Sajf niexef – il-Polonja u r-Rumanija.

Dawk li se jgawdu minn din l-għajnuna huma l-ikbar produtturi tal-ħalib. Il-Ġermanja hija l-iktar pajjiż li tipproduċi ħalib u se tieħu €69 miljun, Franza, €62.9 miljun, ir-Renju Unit €36.07 miljun, Polonja €28.95 miljun, Olanda €29.94 miljun, Spanja €25.53 miljun, l-Italja, €25.02 miljun, l-Irlanda €13.73 miljun, Finlandja €8.99 miljun, Litwanja €12.63 miljun, Danimarka €11.10 miljun, Rumanija €11.15 miljun, Belġju €13.05 miljun, Svezja €8.22 miljun, Repubblika Ċeka €11.16 miljun, Awstrija €7 miljuni, Ungerija €9.51 miljun, Latvja €8.45 miljun, Estonja €7.56 miljun, Portugall €4.76 miljun, Slovakkja €2.46 miljun, Bulgarija €6 miljun, Kroazja €1.81 miljun, Greċja €2.26 miljun, Slovenja €1.37 miljun, Lussemburgu €0.67 miljun, Ċipru €0.35 miljun u Malta €0.12-il miljun.

Il-miżuri se jibdew jitwettqu fl-aħħar ta’ Ottubru.

euro crisis in Greek with euro bank notes and the Akropolis building

IS-SAGA TAL-GREĊJA TKOMPLI

Il-Partit Syriza reġa’ rebaħ l-elezzjonijiet fil-Greċja u l-mexxej Alexis Tsipras reġa’ kiseb l-appoġġ tal-poplu għal mandat ieħor. Rebħa qarsa għax ...
Aqra Aktar
DADAAB SOMALIA - AUGUST 7: Unidentified women and men live in the Dadaab refugee camp hundreds of thousands of Somalis wait for help because of hunger on August 7 2011 in Dadaab Somalia.

L-IMMIGRAZZJONI L-AKBAR UĠIGĦ TA’ RAS GĦALL-POPLI EWROPEJ

L-immigrazzjoni hija l-akbar uġigħ ta’ ras għall-popli ewropej, skont stħarriġ tal-Eurobarometer ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea. L-istħarriġ sar bejn is-16 u s-27 ...
Aqra Aktar
_MG_3160 (Large)

XETTIKU DWAR IL-‘PROPOSTA TA’ KOMPROMESS’ TAL-UE GĦAT-TTIP

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li huwa xettiku mill-‘kompromessi’ li l-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel dwar it-twaqqif ta’ tribunali speċjali ...
Aqra Aktar
herd of young piglet on hay and straw at pig breeding farm

RAĦĦALA FIL-GŻEJJER TAL-UE L-AGĦAR LI MARRU BL-EMBARGO RUSSU

Ir-raħħala tal-gżejjer u taż-żoni fil-periferija tal-Unjoni Ewropea huma fost l-agħar li ntlaqtu mill-kriżi attwali fis-settur agrikolu minħabba l-embargo Russu fuq ...
Aqra Aktar
Beautiful countryside landscape, amazing orange sunset over golden soil hills, beauty of nature, agriculture and farming season, Tuscany, Italy

€500 MILJUN MHUX BIŻŻEJJED GĦAT-TELF TAL-BDIEWA MIS-SUQ RUSSU

Il-Membri Parlamentari Ewropej jaħsbu li l-pakket ta’ €500 miljun ewro tal-Kummissjoni għas-settur agrikolu mhux biżżejjed biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fil-prezzijiet ...
Aqra Aktar
FRANKFURT GERMANY - FEB 11: Big Euro Sign and banner let us speak about Future of the Occupy movement at the European Central Bank on February 11 2011 in Frankfurt Germany.

SUPER MINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO

Iż-żona ewro teħtieġ governanza aħjar, teħtieġ li jkollha l-baġit tagħha. Dan jista’ jsir billi jkun hemm ministru tal-finanzi taż-żona ewro ...
Aqra Aktar
speech 23-01

QED JIKBRU D-DIVERĠENZI EKONOMIĊI F’UNJONI LI GĦANDHA L-GĦAN LI TQARREB L-EKONOMIJI LEJN XULXIN’

Il-problema fundamentali fi ħdan l-Unjoni Ewropea hija li d-diverġenzi ekonomiċi baqgħu jikbru minkejja li l-Unjoni għandha l-għan ewlieni li tqarreb ...
Aqra Aktar
Cityscape view in Beirut - Lebanon capital.

€235 MILJUN GĦALL-IŻVILUPP SOĊJO-EKONOMIKU LIL PAJJIŻI TAL-MEDITERRAN

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti pakkett ta’ €235.7 miljun għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku lil pajjiżi ġirien tagħha fil-Mediterran. Minn dawn l-Eġittu se tibbenefika ...
Aqra Aktar
PORTO PORTUGAL - JULY 02: Liberdade Square on July 02 2014 in Porto Portugal

XAHAR QABEL ELEZZJONI ĠENERALI TIRPILJA L-EKONOMIJA TAL-PORTUGALL

Xahar qabel l-elezzjonijiet fil-Portugall qed tkompli tirpilja l-ekonomija ta’ dan il-pajjiż. Kompla t-tkabbir ekonomiku (+0.4% tal-PGD għat-tieni kwart tas-sena 2015) ...
Aqra Aktar
PARIS - SEPTEMBER 21: Key rings shaped as the most famous french landmark Eiffel tower in colors of the french flag in a souvenir shop on September 21 2013 in Paris France.

FRANZA B’EKONOMIJA STAĠNATA FL-AĦĦAR TLIET XHUR

Franza hija l-uniku pajjiż fl-UE li baqa’ b’ekonomija staġnata fit-tieni kwart ta’ din is-sena. F’dan il-perijodu, l-ebda pajjiż fl-UE ma ...
Aqra Aktar
Dublin Ireland United Kingdom map and pin - Travel concept
** Note: Shallow depth of field

PAJJIŻI ŻGĦAR ŻVANTAĠĠATI EKONOMIKAMENT GĦANDHOM IKUNU KKUMPENSATI BIL-KOMPETIZZJONI FIT-TAXXA

Il-pajjiżi żgħar fil-periferija tal-Unjoni Ewropea m’għandhomx jinżammu milli jissettjaw taxxi fuq id-dħul ta’ kumpanniji li joperaw f’pajjiżhom biex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi ...
Aqra Aktar
Your wish list for Europe by European Ombudsman

X’INU L-OMBUDSMAN EWROPEW?

L-Ombudsman Ewropew jinvestiga l-ilmenti kontra l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-ilmenti jistgħu jitressqu miċ-ċittadini u mir-residenti tal-pajjiżi ...
Aqra Aktar
estonia light claire

700 ĠŻIRA AKTAR MILLI MAĦSUB FL-ESTONJA

Il-kotba tal-Ġografija fl-Estonja jridu jerġgħu jinkitbu wara li stħarriġ aktar preċiż żvela kif in-numru ta’ gżejjer li jaqgħu taħt l-Estonja ...
Aqra Aktar