Frontex, l-aġenzija li tgħasses il-fruntieri Ewropej minn din is-sena bdiet tuża ekwipaġġi multi-nazzjonali fl-operazzjonijiet marittimi tagħha. Frontex talbet lill-istati membri u lill-pajjiżi tax-Schengen jipprovdu uffiċċjali biex jgħinuha fir-rwol tagħha, waqt li enfasizzat li dan joħroġ l-ispirtu tal-koperazzjoni Ewropea. F’sitwazzjoni ta’ emerġenza din l-aġenzija issa għandha l-mezzi li tibgħat mal-1,500 uffiċċjal fi żmien qasir.
Frontex bdiet tuża tliet patrol boats mill-Finlandja, Rumanija u Franza b’ekwipaġġ multi-nazzjonali Ewropew għall-ewwel darba. Qabel, l-istati membri kienu jipprovdu kemm id-dgħajjes u anki l-ekwipaġġi, biex jipparteċipaw f’operazzjonijiet tal-Frontex.
L-għan hu li l-Frontex tinbidel u ssir aktar effettiva meta tassisti l-istati membri fuq il-fruntieri marittimi tagħhom. Issa l-istati membri jistgħu jipprovdu mezzi b’ekwipaġġ bażiku għal żmien twil mingħajr ma jkollhom għalfejn jibagħtu numru kbir ta’ uffiċċjali minn pajjiżhom. Il-kumplament tal-ekwipaġġ se jkunu ġejjin minn stati membri oħra.
F’BAĦAR WIEĦED
Read More
JIPPOMPJA BILJUNI TA’ EWRO FL-EKONOMIJA EWROPEA
Read More
L-IMPJIEGI, L-IMMIGRAZZJONI U S-SIGURTA` L-AKTAR IMPORTANTI
Read More
IRID IKUN PRESIDENT INKLUSSIV TAL-PARLAMENT EWROPEW
Read More
EKWIPAĠĠI MULTI-NAZZJONALI GĦALL-FRONTEX
Read More
€381 MILJUN KONTRA L-IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI
Read More
MALTA TIFFOKA FUQ IS-SUD TAL-MEDITERRAN
Read More
€270 MILJUN GĦAR-REFUĠJATI SIRJANI
Read More
Post a comment