L-UE u l-Istati Uniti qablu li jżidu l-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija, l-aktar billi tiżdied l-importazzjoni tal-LNG Amerikan fl-Ewropa u għalhekk titnaqqas id-dipendenza tal-gass mir-Russja.

“Is-suq tal-LNG qed iżid fl-importanza, u l-provvista Amerikana tista’ tbiddel is-sitwazzjoni. L-UE hija suq attraenti u klijent affidabbli,” qal il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maroš Šefčovič li saħaq li l-Ewropej u l-Amerikani qablu li jżidu l-kooperazzjoni dwar l-LNG.

L-UE għad trid tlesti l-infrastruttura tagħha u l-Amerikani għad iridu jirriformaw qafas regolatorju. Šefčovič qal li l-UE se tibqa’ suq kbir għal gass, u se jkollha bżonn bejn 270 u 320 biljun m3 ta’ gas sal-2030.

“Se nipproduċu inqas gass u se jkollna bżonn nimportaw. Il-provvista tal-LNG mill-Istati Uniti hija milqugħa…” qal il-Kummissarju Ewropew għal Klima u l-Enerġija Miguel Arias Cañete.

L-Ewropej u l-Amerikani qablu li għandha titnaqqas id-dipendenza Ewropea fuq il-gass Russu. L-Amerikani stqarrew li ma jaqblux mal-infrastruttura ta’ pajpijiet tal-gass li qed issir f’pajjiżi Ewropej għax iżidu d-dipendenza fuq sors wieħed ta’ enerġija.

“Sirna fornituri ewlenin tal-LNG. Tużżani ta’ vapuri tal-merkanzija diġa` jitrasportaw l-LNG f’portijiet Ewropej u dawn il-kunsinji se jiżdiedu. Permezz tat-terminal l-ġdid f’Maryland il-kunsinji se jsiru b’rata aktar mgħaġġla”. qal is-Segretarju tal-Istati Uniti tal-Enerġija Rick Perry filwaqt li faħħar it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jsir permezz tal-użu tal-LNG.

L-Istati Uniti saret esportatur ewlieni tal-LNG.

 

ENERĠIJA AMERIKANA FLOK DIK RUSSA

L-UE u l-Istati Uniti qablu li jżidu l-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija, l-aktar billi tiżdied l-importazzjoni tal-LNG Amerikan fl-Ewropa u għalhekk titnaqqas ...
Read More

PROPOSTI TA’ ALFRED SANT FAVUR L-INTRAPRIŻI Ż-ŻGĦAR FL-UE ADOTTATI FL-ECON

Il-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON) adotta bosta miżuri proposti mill-MEP Malti Alfred Sant li emendaw il-proposti tal-Kummissjoni ...
Read More

GĦAJNEJN L-EWROPA FUQ IL-GREĊJA

Il-Kummissjoni Ewropea se ssegwi mill-qrib il-politika fiskali tal-Greċja u ssegwi l-wegħdiet ta' dan il-pajjiż hekk kif fl-20 ta’ Awwissu jintemm ...
Read More

KOOPERAZZJONI AKBAR MAN-NATO

L-UE qed taħdem favur aktar kooperazzjoni man-NATO fil-qasam tal-mobilita` militari permezz ta’ pjan ta’ azzjoni u proġett strutturat ta’ kooperazzjoni ...
Read More

KOOPERAZZJONI AĦJAR BEJN L-UE U L-EĠITTU

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Politika ta’ Sigurta` Federica Mogherini u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Eġizzjan Sameh Shoukry qablu li ...
Read More

SPANJA L-AKTAR POPOLARI MAL-IMMIGRANTI

Minn Ġunju l-Punent tal-Mediterran sar l-aktar rotta popolari għal immigrazzjoni irregolari lejn l-Ewropa. Skont l-aġenzija Ewropea tal-Fruntieri u l-Għassa tal-Kosta ...
Read More

STORJA TA’ SUĊĊESS

L-artist Għawdxi Christopher Saliba stieden lil Alfred Sant iżur il-Gallerija tal-Arti f’ART CUBE, fi Triq l-Imġarr ix-Xewkija Għawdex fejn jesebixxi ...
Read More

L-AŻERBAJĠAN EQREB LEJN L-UE

L-UE u l-Ażerbajġan se jiffokaw fuq erba’ oqsma ta’ kooperazzjoni. L-ewwel qasam huwa t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u governanza tajba, speċjalment fil-ġlieda ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment