L-applikazzjoni tat-Turkija biex issir membru tal-Unjoni Ewropa se tiffaċċja aktar xkiel sakemm jibqa’ jmexxi l-President Recep Tayyip Erdogan. Dan qalu l-Kummissarju tal-Ekonomija Diġitali u s-Soċjeta` Gunther Ottinger li sostna li taħt il-kundizzjonijiet preżenti d-dħul tat-Turkija ma jistax ikun realistiku mill-anqas qabel għaxar snin oħra.  Margaritis Schinas, f’isem il-Kummissjoni Ewropea, qagħdet attenta li żżomm id-distanza mid-dikjarazzjoni ta’ Ottinger. Schinas qalet li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni fuq din il-kwistjoni toħroġ permezz tal-President Jean-Claude Juncker, permezz tar-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini u permezz tal-Kummissarju tat-Tkabbir tal-UE Johannes Hahn. Schinas qalet li d-diskussjonijiet biex it-Turkija tidħol fl-UE ilhom li bdew mill-2005 imma ftit imxew ’il quddiem l-aktar minħabba l-pożizzjoni tat-Turkija fuq Ċipru.

 Fil-Parlament Ewropew, il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-UE qabel li t-Turkija għaddiet minn xokk minħabba l-attentat kolp ta’ stat. Il-membri tal-Kumitat qed jissuġġerixxu li jinfetħu l-kapitli 23 u 24 tan-negozjati dwar il-ġustizzja, il-liberta` u s-sigurta` biex l-UE  tiffaċilita d-djalogu mat-Turkija dwar id-demokrazija. Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li segwiet l-iżviluppi fit-Turkija enfasizzat il-ħtieġa ta’ moniteraġġ kontinwu.

Id-delegazzjoni kkundannat l-attentat tal-kolp ta’ stat, imma qalet li l-iżviluppi dwar liberta` ta’ espressjoni, anke qabel l-attentat, ma kinux aċċettabbli u kienu qed ibiegħdu t-Turkija mill-UE.

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qalet li l-ftehim tal-UE mat-Turkija se jibqa’ jiġi rrispettat. Hi qalet li l-ħidma baqgħet għaddejja f’kull qasam, kemm f’dik dwar il-liberalizzazzjoni tal-visa, kemm fl-immaniġjar tal-mewġ tal-immigranti, kif ukoll fir-relazzjonijiet ekonomiċi u fil-qasam tal-enerġija. Id-diskussjonijiet f’dawn l-oqsma kollha se jibqgħu għaddejjin fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Il-Kanċilliera Angela Merkel tkellmet fuq l-istess linji ta’ Mogherini wara laqgħa li kellha mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan fiċ-Ċina waqt il-G20. Merkel qalet li qed tistenna riżultat pożittiv fin-negozjati bejn l-UE u t-Turkija fuq il-liberalizzazzjoni tal-visa lit-Torok. Merkel qalet li ż-żewġ mexxejja ma semmewx data imma ftiehmu li għad hemm ħafna xogħol xi jsir.

 

IS-SIGURTA` FUQ QUDDIEM TAL-AĠENDA

Is-Summit ta’ Bratislava tas-16 ta’ Settembru se jkun iffukat fuq is-sigurta` interna u esterna tal-Unjoni Ewropea. Għall-ewwel is-Summit kien maħsub ...
Read More

ERDOGAN XKIEL GĦAS-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-EWROPA

L-applikazzjoni tat-Turkija biex issir membru tal-Unjoni Ewropa se tiffaċċja aktar xkiel sakemm jibqa’ jmexxi l-President Recep Tayyip Erdogan. Dan qalu ...
Read More

IR-RENJU UNIT IFITTEX OPPORTUNITAJIET ĠODDA

Wara li jitlaq mill-UE, ir-Renju Unit se joħloq pjan biex jibqa’ wieħed mill-aqwa pajjiżi għall-kummerċ madwar id-dinja, qalet il-Prim Ministru ...
Read More

ANQAS IMMIGRANTI JASLU L-ITALJA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li sa Awwissu waslu 105, 663 immigrant fl-Italja, ċifra li hija 8% anqas mill-istess perijodu s-sena l-oħra ...
Read More

MA JAQBLUX DWAR IS-SANZJONIJIET RUSSI

Il-Litwanja qalet li s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kunflitt tal-Ukraina għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm is-sitwazzjoni fil-pajjiż titjieb. Dan wara li s-Slovakkja ...
Read More

REAZZJONI FURJUŻA KONTRA BARROSO

Il-ħatra ta’ Jose` Manuel Barroso, ex-President tal-Kummissjoni Ewropea ma’ Goldman Sachs International, ġabet reazzjoni furjuża minn politiċi Ewropej. Il-ħatra qanqlet ...
Read More

FRANZA KONTRA T-TTIP

Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Kummerċ li se ssir fi Bratislava fit-22/23 ta’ Settembru, Franza mhux se tagħti l-appoġġ politiku tagħha favur it-TTIP ...
Read More

ARINGI FLOK SOTTOMARINI RUSSI

Fis-snin tmenin in-navy Svediża kienet spiss tisma’ ħsejjes taħt il-baħar. Dawn il-ħsejjes għal ħafna snin ġew ikklassifikati bħala sottomarini Russi ...
Read More

 

 

Facebook Comments

Post a comment