Daħlu regoli ġodda biex isaħħu l-kompetenzi tal-Europol fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar tad-droga, tal-persuni u tal-organi u s-‘cyber-crime’ fost oħrajn. Il-poteri ġodda li kisbet din l-aġenzija jimxu pari passu mar-regoli tad-‘data protection’ u ma’ għodda oħra favur kontroll demokratiku pereżempju permezz tal-parlamenti nazzjonali.

Il-Parlament Ewropew adotta regoli ta’ tmexxija ġodda għal din l-aġenzija Ewropea tal-pulizija li xorta iżda, ma bidlux il-Europol f’aġenzija simili tal-FBI. Ir-regoli jestendu id din l-aġenzija f’oqsma kriminali ġodda.

Ir-regoli ntlaħqu wara negozjati bejn il-Parlament u l-Kunsill tal-Ewropa bl-għan li l-aġenzija tkun tista’ tiġġieled aktar il-kriminalita` organizzata u t-terroriżmu f’pajjiżi differenti tal-UE. B’mod partikolari l-aġenzija tista’ toħloq unitajiet apposta li jirreaġixxu malajr għal xi theddida terroristika.

Minħabba l-ġlieda kontra t-terroriżmu, ir-regoli l-ġodda jisħqu li l-istati membri jridu jagħtu kull informazzjoni li l-aġenzija jkollha bżonn. Il-Europol issa tista’ tikkuntattja entitajiet privati bħal  Facebook u direttament tgħidlu biex ineħħi paġna li tkun ikkontrollata mill-Istat Islamiku. B’hekk tonqos il-propaganda tat-terroristi.

Il-Europol se tibda tippreżenta rapport annwali lil Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill- Kummissjoni, kif ukoll lil parlamenti nazzjonali bbażata fuq l-informazzjoni li tkun ingħatat mill-istati membri bl-għan li jiżdied it-tixrid tal-informazzjoni.

Ir-regoli l-ġodda jidħlu fis-seħħ bħal daż-żmien sena.

JITBEGĦDU MILL-PARTITI POLITIĊI TRADIZZJONALI

Il-Parlament Ewropew qed jinvestiga partit ġdid b’membri tal-lemin estrem minn pajjiżi Ewropej biex jistħarreġ hux konformi mal-prinċipji fundamentali tal-UE. L-investigazzjoni ...
Read More

JIKBER ID-DEJN PUBBLIKU FIL-GREĊJA

Minkejja l-miżuri ta’ awsterita`, id-dejn pubbliku fil-Greċja tela’ minn 125% fl-2010 għal 200% fl-2016. Il-Kummissjoni Ewropea qed terġa’ tipproponi miżuri ...
Read More

ĦAFNA ANQAS IMMIGRANTI FIL-GŻEJJER GRIEGI

L-għadd ta’ immigranti li waslu fil-gżejjer Griegi niżel b’90% minn Marzu għal April. F’April waslu 2,700 immigrant. Dan it-tnaqqis ġej ...
Read More

EUROPOL IMSAĦĦA B’REGOLI ĠODDA

Daħlu regoli ġodda biex isaħħu l-kompetenzi tal-Europol fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar tad-droga, tal-persuni u tal-organi u ...
Read More

L-ITALJA NEFQET €6 BILJUN  FUQ L-IMMIGRANTI F’SENTEJN

Il-Gvern Taljan qed jistma li l-għixien u l-integrazzjoni tar-refuġjati se jiswew €3.3 biljun fl-2016. Fl-2015 l-effett fuq il-baġit Taljan kien ...
Read More

PROSPETTI TAJBIN GĦALL-FTEHIM KUMMERĊJALI BEJN L-UE U Ċ-ĊINA

Ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina għandu l-potenzjal li joħloq l-impjiegi u jkabbar l-ekonomija tal-Ewropa. Dan ħareġ minn studju ...
Read More

L-EKONOMIJI Ż-ŻGĦAR GĦANDHOM JIDDEĊIEDU HUMA T-TASSAZZJONI TAGĦHOM

Is-sovranita` tal-istati membri fil-ġbir tat-taxxi f’pajjiżhom għandha tkun imħarsa. Dan jgħodd l-aktar  għall-ekonomiji ż-żgħar u ż-żoni li qegħdin fil-periferija tal-Ewropa ...
Read More

WIEĦED MINN KULL ĦAMSA JMUT B’ATTAKK TAL-QALB 

Miljun persuna fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri 1 minn kull 5 imwiet seħħu minħabba attakk tal-qalb jew puplesija. Fl-2013 fl-UE mietu madwar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment