Id-dilemma ta’ stati membri żgħar fil-periferija tal-UE bħal Malta, Ċipru, l-Irlanda u d-Danimarka hija li waqt li hu fl-interess tagħhom li l-Ewro tissaħħaħ, li tkun ikkontrollata l-evażjoni tat-taxxa, li tissaħħaħ is-sigurta`, dawn l-istati jridu jkomplu jħarsu s-sovranita` tagħhom biex jiżguraw kontroll fuq it-tmexxija nazzjonali tal-oqsma ewlenin f’pajjiżhom.

Fil-Kummissjoni Ewropea qed jissaħħu iżjed l-argumenti favur sistema li tarmonizza t-taxxi fl-istati membri kollha. Huwa fl-interess nazzjonali ta’ stati membri bħal Malta li jkollhom kontroll fuq is-sistemi ta’ tassazzjoni f’pajjiżhom. Dak li jaqbel għal stati kbar bħal Ġermanja u Franza mhux neċessarjament jaqbel għall-istati membri fit-tarf tal-Ewropa. Ma tistax tlibbes żarbun wieħed lill-istati membri kollha fuq il-ġbir tat-taxxi.

L-istess jista’ jingħad dwar l-ewro. Huwa tajjeb li din il-munita tissaħħaħ għax għalissa għad m’għandhiex l-istrutturi kollha biex titmexxa tajjeb. Il-problema hi li biex tkompli tissaħħaħ l-ewro qed tkun proposta sistema federali li tkun ta’ detriment għal stati żgħar bħal Malta.

“Huwa fl-interess tal-istati membri kollha li l-UE tissaħħaħ, iżda jekk ikun hemm Ewropa federali l-vuċi tal-istati żgħar u fuq il-periferija tal-Ewropa tkompli tintilef,” kien il-messaġġ ewlieni ta’ Alfred Sant f’żewġ attivitajiet pubbliċi f’Malta. Huwa importanti li bħala Maltin u Għawdxin inkomplu insegwu dak li għaddej fl-Istituzzjonijiet Ewropej għax dak li se jiġi deċiż ikollu impatt dirett fuq il-ħajja tagħna.

EWROPA FEDERALI TITFI L-VUĊI TA’ STATI MEMBRI ŻGĦAR

Id-dilemma ta’ stati membri żgħar fil-periferija tal-UE bħal Malta, Ċipru, l-Irlanda u d-Danimarka hija li waqt li hu fl-interess tagħhom ...
Read More

TASSAZZJONI : PARIĠI U WASHINGTON MA JAQBLUX DWAR IL-ĠGANTI TAL-INTERNET

Franza u l-Istati Uniti ma qablux dwar it-tassazzjoni fuq il-ġganti tal-Internet, minkejja li resqu lejn xulxin biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus ...
Read More

IR-RENJU UNIT IĦEJJI FTEHIMIET TA’ KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI OĦRA

Ir-Renju Unit qed iħejji strateġija biex jidħol fi ftehimiet ta’ kummerċ ma’ pajjiżi oħra f’każ li ma jsirx ftehim tajjeb ...
Read More

IKLA GĦALL-VISEGRAD QABEL IS-SUMMIT

L-erba’ mexxejja tal-pajjiżi tal-Visegrad – Polonja, Ungerija, Repubblika Ċeka u Slovakkja – kienu mistiedna għall-ikel fi Brussell, eżatt qabel is-summit ...
Read More

AKTAR ŻMIEN GĦALL-KUMPANIJI TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-Kumitat tal-Ekonomija u l-Finanzi tal-Parlament Ewropew (ECON) ivvota favur emendi li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tipposponi d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni ...
Read More

X’JISTENNEW L-GĦAWDXIN MILL-EWROPA?

L-investiment f’Għawdex, il-ħolqien tax-xogħol, il-konnettivita` bejn Għawdex, Malta u l-kontinent Ewropew, fost suġġetti oħra, se jkunu diskussi bejn Alfred Sant ...
Read More

IĊ-ĊEKI MA JRIDUX L-EWRO

L-elezzjonijiet fir-Repubblika Ċeka fl-20 u l-21 ta’ dan ix-xahar se jiddiżappuntaw lill-President tal-KE Juncker li saħaq li jixtieq lill-istati membri ...
Read More

200,000 IMMIGRANT GĦALL-ĠERMANJA

Il-Ġermanja se tibda tieħu 200,000 immigrant fis-sena. Dan minkejja li l-pajjiż diġa` laqa’ miljun refuġjat fl-2015. Il-Partit Demokristjan ta’ Angela ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment