Il-Membri tal-Parlament Ewropew jużaw ħafna s-‘social networks’, l-aktar twitter u facebook biex jikkomunikaw l-informazzjoni maċ-ċittadini. B’mod ġenerali, il-media soċjali qiegħda dejjem iżżid fil-popolarita` tant li qed tilħaq il-metodi tradizzjonali l-oħra ta’ komunikazzjoni bħal pereżempju l-laqgħat wiċċ imb wiċċ.

88% tal-Membri Parlamentari Ewropej jużaw ‘facebook’ biex jikkomunikaw man-nies (663 MEPs minn 751). Minn 100 MEPs li ġew intervistati fi stħarriġ li sar, 96% qalu li ‘facebook’ kien l-għodda diġitali l-aktar preferut biex jikkomunikaw. Warajh kien hemm Twitter b’76% li jużawh, jiġifieri 572 MEPs minn 751.

Skont l-espert diġitali Brett Kobie, il-Membri Parlamentari Ewropej jużaw il-‘facebook’ biex itellgħu l-informazzjoni iżda jikkummentaw dwar dibattiti li jaħarqu fuq Twitter.

87% tal-Membri Parlamentari Ewropej jemmnu li huma effettivi l-laqgħat wiċċ imb wiċċ, figura li qed tonqos meta mqabbla mal-figura ta’ 95% tal-2011.

Facebook Comments

Post a comment