Alfred Sant iddeplora l-manuvri ta’ ċerti Parlamentari Ewropej biex jagħmlu lil Malta wkoll suġġetta għal restrizzjonijiet fuq l-istat tad-dritt filwaqt li jaqsmu l-aġenda moħbija tal-forzi anti-governattivi f’Malta. F’intervent fil-Parlament Ewropew dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija, Dr Sant qal li l-eżami tar-rispett tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija u bnadi oħra fl-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jsegwu metodu trasparenti u oġġettiv,  li jidher ukoll li huwa ġust u mhux ibbażat fuq polemiċi partiġġjani.

Alfred Sant qal li huwa xettiku dwar dawn l-investigazzjonijiet fil-Parlament Ewropew. Bħala eżempju huwa iddeplora l-metodi kif il-membri tal-Parlament Ewropew qed jimmanuvraw biex jagħmlu lil Malta suġġetta għal restrizzjonijiet tal-istat tad-dritt. Dawn qed juru li qed jinjoraw il-fatti sfaċċatament u qed jaċċettaw kummenti u analiżi li huma politikament distorti. Qed jikkollaboraw fil-miftuħ ma’ forzi anti-governattivi f’Malta, filwaqt li jaqsmu l-aġendi moħbija tagħhom.

Jekk l-UE tagħmel investigazzjonijiet bħal dawk li saru dwar Malta, dan allura jkun proċess tal-mistħija  u jtebba’ r-rabta li l-UE għandha favur id-demokrazija u fir-rigward tal-istat tad-dritt.

F’Marzu li ġej il-Parlament Ewropew se jiddiskuti rapport dwar in-nuqqasijiet potenzjali tal-istat tad-dritt fis-Slovakkja u f’Malta.

F’AĠENDA MOĦBIJA MAL-FORZI ANTI-GOVERNATTIVI F’MALTA

Alfred Sant iddeplora l-manuvri ta’ ċerti Parlamentari Ewropej biex jagħmlu lil Malta wkoll suġġetta għal restrizzjonijiet fuq l-istat tad-dritt filwaqt ...
Read More

IL-POLONJA TBIGĦ LAĦAM TA’ BAQAR MORDA

Il-Kummissjoni Ewropea se tibgħat spetturi fil-Polonja wara li ġurnalisti televiżivi Pollakki kellhom filmati ta’ baqar morda jinqatlu għall-ikel fil-biċċeriji Pollakki ...
Read More

L-UE QATT MA TISTA’ TIEĦU POST IN-NATO

Wara l-Brexit, 80% tal-infiq tan-NATO fuq id-difiża se jiġi mingħand pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-Alleanza Militari u tlieta minn kull erba’ ...
Read More

SULDATI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA SE JIBQGĦU F’ĊIPRU

Il-Kunsill tas-Sigurta` tal-Ġnus Magħquda qabel b’mod unanimu li jżomm preżenza  ta’ suldati f’Ċipru għal minn tal-anqas sitt xhur oħra. Il-Kunsill ...
Read More

PIPELINE  BULGARU GĦALL-GASS RUSSU

Il-Bulgarija se tibni pipeline biex tippompja gass Russu mit-Turkija lejn is-Serbja wara li tliet kumpaniji – Gazprom tar-Russja, Bulgargaz tal-Bulgarija ...
Read More

L-EBDA RIŻORSI FIŻIĊI KONTRA T-TRAFFIKANTI TAL-IMMIGRANTI

L-UE trid issaħħaħ l-operazzjoni navali tagħha biex ttiġġieled lit-traffikanti tal-persuni, iżda l-Ġermanja u l-Belġju ħabbru m’ilux li mhux se joffru ...
Read More

JISFIDAW LIL TRUMP DWAR L-IRAN

Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit ħolqu mekkaniżmi tekniċi biex kumpaniji Ewropej jibqgħu jagħmlu l-kummerċ mal-Iran minkejja s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti. “Dan ...
Read More

IS-SOĊJALISTI NIDEW IL-PILASTRU SOĊJALI EWROPEW

Il-kunċett tal-Pilastru Ewropew tad-drittijiet Soċjali nkiseb bl-isforzi kontinwi tas-Soċjalisti u Demokratiċi madwar l-Ewropa favur progress soċjali għall-Ewropej flimkien mal-miżuri tal-Kummissarji ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment