Skulturi ta’ fatati li jidhru qed jiżfnu jew jitqabdu kontra r-riħ fil-ġnien sabiħ ta’ Staffordshire fl-Ingilterra qed jiġbdu l-attenzjoni ta’ mijiet ta’ viżitaturi kuljum. L-iskultur Ingliż Robin Wight, li jaħdem primarjament bil-materjal tal-istainless steel, ħoloq dawn l-iskulturi magħmulin minn wajers tal-istainless steel ta’ ħxuna differenti. Il-firma tal-iskultur tinsab fil-‘qalb’ ta’ kull skultura hekk kif f’sider kull ‘fairy’ Wight jidfen ‘qalb’ tal-ġebel li fuqha jnaqqax xi messaġġ.
Fix-xhur tar-rebbiegħa, is-sajf u l-ħarifa l-viżitaturi jistgħu jiddelettaw jagħmlu passiġġata f’mogħdija apposta għal min irid joqgħod ħafi. Inkella jistgħu jieħdu rikba madwar il-ġnien bil-ferrovija jew anki bid-dgħajsa filwaqt li jissaħħru fil-ġmiel tal-fjuri, is-siġar u l-maġija ta’ dawn il-fatati.
IS-SUD JIPPROVA JINGĦAQAD
Read More
IT-TENSJONI TORKA TINFIREX FIL-ĠERMANJA
Read More
IĦEJJI L-KARTI TAD-DIVORZJU GĦAR-RENJU UNIT
Read More
L-AKBAR ŻEWĠ SFIDI: IMMIGRAZZJONI U TERRORIŻMU
Read More
140 SENA BIEX JIPPROĊESSAW L-IMMIGRANTI
Read More
TAL-VISEGRAD IRIDU AKTAR SOVRANITA`
Read More
L-EBDA MULTI GĦAL SPANJA U L-PORTUGALL
Read More
RIVEDUTA L-ORDNI TAL-PRESIDENZI
Read More
DAQQA TA’ ĦARTA GĦAS-SENTIMENT EKONOMIKU
Read More
FATATI FL-INGILTERRA
Read More
Post a comment