L-istrateġiji tal-UE għal finanzjamenti sostenibbli tal-qasam tal-manifattura għandhom jimmiraw speċifikament lill-industriji żgħar u medji (SMEs). Dan qalu Alfred Sant meta indirizza l-Konferenza ‘Kif finanzjamenti sostenibbli jistgħu jkabbru s-settur tal-manifattura fl-Ewropa’ fil-Parlament Ewropew fi Brussell. Huwa qal li l-SMEs għandhom jitqiesu minn issa, bħala parteċipanti ewlenin fi kwalunkwe skema li tħajjar u tmexxi finanzjamenti sostenibbli fl-Ewropa.

Dr Sant saħaq dwar sistema gradwali ta’ ‘inċentivi’ u ‘penali’ għal ħolqien ta’ qafas tajjeb għal finanzjament.

“Sistema li tagħti xokk ma tagħmilx sens. Li tlibbes l-istess żarbun għal kulħadd ukoll għandu jkun evitat għax dak li jaħdem għal kumpaniji kbar mhux neċessarjament jaħdem għal SMEs. Dan il-punt għalija mhux ċar fir-‘road map’ li qed tħaddan il-Kummissjoni Ewropea.”

Ħafna SMEs jiffinanzjaw il-pjanijiet tagħhom ta’ tkabbir u investiment permezz ta’ self mill-banek, likwidita` u kreditu mill-fornituri. L-esperjenza tal-Fond Ewropew Għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI) turina li pjattaformi ta’ investimenti Ewropej jistgħu jakkomodaw strutturi tal-SMEs fil-qasam tal-manifattura biex iħajru proġetti ta’ investimenti ġodda.

Dr Sant tkellem favur inċentivi magħmula apposta għall-SMEs.

“Jaf ninsab żbaljat iżda l-impressjoni li qed nieħu hija li l-enfasi qed tingħata wisq lid-ditti l-kbar. Proporzjon enormi tal-manifattura fl-Ewropa ssir mill-intrapriżi żgħar u medji.” qal Alfred Sant.

Id-dibattitu kien organizzat mill-Forum Ewropew għal Manifattura.

IL-POPULISTI MA JRIDUX ESPERTI FINANZJARJI JMEXXU L-ITALJA

L-Ewropa tistenna l-iżviluppi fl-Italja wara li l-President Taljan Mattarella ma aċċettax il-ħatra ta’ Paolo Savona bħala Ministru tal-Finanzi fil-gvern li ...
Read More

JONQSU L-IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI, JIŻDIEDU FIL-LVANT

Kien hemm tnaqqis fil-wasliet tal-immigranti fil-Mediterran Ċentrali, iżda żdiedu l-immigranti fil-Lvant tal-Mediterran. F’April kien hemm 10, 500 traġitt irregolari fir-rotot ...
Read More

JIKKONTESTA DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR MALTA

F’Mistoqsija Parlamentari urġenti lill-Kummissjoni Ewropea Alfred Sant ikkontesta dikjarazzjoni tal-KE li qalet li rakkomandazzjonijet speċifiċi dwar ‘non-performing loans’ kienu indirizzati ...
Read More

ALI KHAMENEI JŻID IL-PRESSJONI FUQ L-EWROPEJ

Il-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Ayatollah Ali Khamenei, qed jitfa’ pressjoni fuq l-Ewropej, b’lista ta’ ilmenti għal pajjiżu biex jibqa’ ...
Read More

IL-BULGARIJA BARRA Ż-ŻONA EWRO

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Bulgarija għadha ma laħqitx il-kundizzjonijiet kollha biex tadotta l-munita ewro f’analiżi dwar il-pajjiżi futuri kandidati biex ...
Read More

L-EBDA GARANZIJA  DWAR PENSJONIJIET U INSURANCES WARA L-BREXIT

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Waldis Dombrovskis qal li l-UE ma tistax tagħti garanziji li – irrispettivament mir-riżultati tan-negozjati dwar il-Brexit ...
Read More

RESTRIZZJONIJIET FUQ GAZPROM

Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lil kumpanija tal-gass Russa Gazprom biex timxi ma’ numru ta’ regoli bl-għan li tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass ...
Read More

FAVUR FINANZJAMENT SOSTENIBBLI GĦALL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI

L-istrateġiji tal-UE għal finanzjamenti sostenibbli tal-qasam tal-manifattura għandhom jimmiraw speċifikament lill-industriji żgħar u medji (SMEs). Dan qalu Alfred Sant meta ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment