Il-Parlament Ewropew approva r-rapport ‘Il-Kolonni Ewropej għad-Drittijiet Soċjali’ li joħloq qafas għall-kundizzjonijiet diċenti fis-settur tal-impjiegi fil-pajjiżi taż-żona Ewro. Ir-rapport, immexxi minn Maria-Joao Rodrigues (S&D, Portugall), jidentifika numru ta’ prinċipji dwar il-ħtiġijiet u l-isfidi fil-qasam tax-xogħol u l-politika soċjali.

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant ivvota favur ir-rapport. Dr Sant qal li filwaqt li l-metodi li huma proposti jridu jkunu applikati tul l-UE kollha, ma jfissirx li l-implimentazzjoni tagħhom għandhom ikunu armonizzati fl-istati membri li għandhom karatteristiċi ekonomiċi u soċjali differenti. Dr Sant qal li l-parti l-kbira tal-applikazzjoni tagħhom se tkun f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali li se jiddeterminaw meta u kif se jkunu applikati fil-kuntest tal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali li dejjem qed jinbidlu fi ħdan il-komunitajiet tagħhom.

Dr Sant qal li r-rapport jitratta l-oqsma kollha tal-politika soċjali. “Irridu nfasslu l-prijoritajiet fuq il-liġijiet tax-xogħol u s-sigurta` soċjali; l-edukazzjoni; il-pensjonijiet. Ir-realta` hi li l-prinċipji li qed jiggwidaw it-tmexxija tal-ekonomija fl-UE huma, bħala parti mill-politika Ewropea, marbuta mal-perspettiva neo-liberali. Fiż-żona ewro, dan wassal għal deċiżjonijiet li jpoġġu t-toqol soċjali tal-istrateġiji ekonomiċi fuq il-ħaddiema u dawk li jifilħu l-anqas. Dan jikkontradixxi bi kbir dak li kien ikkunsidrat bħala il-mudell soċjali Ewropew. Għalhekk wieħed issa jiddubita kemm wegħda Ewropea favur id-drittijiet soċjali se tkun segwita matul is-snin.” argumenta Dr Sant.

 

IL-LEMIN JGĦOLLI RASU

Aktar minn 3,000 dimostrant inġabru f’Koblenz, fiċ-ċentru tal-Ġermanja nhar is-Sibt biex jipprotestaw kontra l-preżenza tal-mexxejja tal-lemin estrem mill-Ġermanja, Franza, l-Olanda u ...
Read More

BREXIT: €10 BILJUN ANQAS FIS-SENA GĦALL-UE

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jħalli nuqqas ta’ €10 biljun ewro fis-sena fil-baġit Ewropew. Il-Prim Ministru Theresa May ħabbret ...
Read More

IL-PRESIDENZA MALTIJA TAT DIMENSJONI MEDITERRANJA LILL-UE

Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li huwa fatt pożittiv li l-Presidenza Maltija tat dimensjoni Mediterranja lill-Unjoni Ewropea ...
Read More

IL-MEDITERRAN U L-LIBJA DISKUSSI F’MALTA

Fis-summit informali tal-mexxejja tal-UE, li se jsir f’pajjiżna fit-3 ta’ Frar, se jkunu diskussi l-Mediterran Ċentrali u l-Libja. Dan ikkonfermah ...
Read More

FENOMENU INKWETANTI

Pierre Moscovici, Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji Pierre Moscovici iddeskriva l-inugwaljanzi bejn l-istati membri tal-UE bħala “fenomenu inkwetanti”. Moscovici qal ...
Read More

AKTAR GASS RUSSU FL-EWROPA

Il-Kumpanija tal-Gass Russa Gazprom esportat numru rekord ta’ gass lejn l-Ewropa u t-Turkija fl-2016, żjieda ta’ 12.5% fuq is-sena ta’ ...
Read More

PRIJORITA` LILL-ĦADDIEMA AWTRIJAĊI

Il-Prim Ministru Awstrijakk Christian Kern qal li l-ħaddiema Awstrijaċi se jkollhom id-dritt tal-prijorita` biex jidħlu f’impjieg. Ħaddiema minn stati membri ...
Read More

FAVUR ID-DRITTIJIET SOĊJALI TAL-ĦADDIEMA 

Il-Parlament Ewropew approva r-rapport ‘Il-Kolonni Ewropej għad-Drittijiet Soċjali’ li joħloq qafas għall-kundizzjonijiet diċenti fis-settur tal-impjiegi fil-pajjiżi taż-żona Ewro. Ir-rapport, immexxi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment