Eluf ħonqu l-pjazez ta’ Budapest fi tmiem il-ġimgħa jitolbu li jerġgħu jingħaddu l-voti wara li Victor Orban rebaħ l-elezzjoni fl-Ungerija. Id-dimostrazzjonijiet seħħew wara li l-ġurnal ewlieni tal-Oppożizzjoni Magyar Nemzet wara 80 sena kellu jagħlaq minħabba problemi finanzjarji. L-istazzjon tar-radju Lánchíd Rádió tal-istess dar ħabbar ukoll li se jagħlaq. L-istazzjon tal-aħbarijiet televisiv  Hír TV qal ukoll li se jnaqqas l-infiq drastikament fuq il-ħidma ġurnalistika.

Din in-Newsletter tkellmet b’mod esklussiv ma’ Udo Bullmann, il-President il-ġdid tal-S&D dwar l-aħħar żviluppi fl-Ungerija.

“L-Ungerija tal-lum hija pajjiż maqsum. Jiddispjaċini ħafna għax nemmen li l-Ungerija għandha rwol deċisiv x’tilgħab fl-Ewropa. Dan mhux il-każ.  Orban organizza kampanja elettorali fuq il-biża’: Biża’ kontra l-ġirien tal-Ungerija, biża’ xenofobiku kontra kull barrani f’pajjiżu.”

Bullmann qalilna li Orban qatt ma qal fejn irid jieħu lill-poplu Ungeriż, fejn iridu jiżviluppa soċjalment u ekonomikament.

“Qatt ma qal lill-poplu Ungeriż kif jista’ jkollu rwol ewlieni fost l-istati membri tal-UE. Ħasra tabilħaqq. Nixtieq li l-familja politika ta’ Orban (PPE), lil Weber u lil Merkel u l-mexxejja ewlenin l-oħra tal-PPE jifhmu l-konsegwenzi ta’ dan ir-riżultat. Ma jistax ikun li Orban iġib ruħu mod f’isem il-Konservattivi fl-Ewropa u mbagħad f’kull okkażjoni li jkollu jiċħad l-għażliet Ewropej.” qal Bullmann.

Il-Kummissjoni Ewropea widdbet lil Orban li d-difiża tal-valuri Ewropej u tad-demokrazija huwa dmir komuni ta’ kull stat membru, mingħajr eċċezzjoni.

Orban, membru tal-familja tal-PPE, rebaħ 48.8% tal-voti. Mistenni jibda r-raba’ leġislatura tiegħu u t-tielet waħda konsekuttiva bħala Prim Ministru tal-Ungerija.

Tista’ ssegwi l-kummenti ta’ Udo Bullmann fuq din il-link:

APPOĠĠ LILL-GŻEJJER U R-REĠJUNI FIL-PERIFERIJA TAL-UE

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivvota favur riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li titlob għal kunsiderazzjoni akbar ta’ ċerti karatteristiċi ...
Read More

FERMENT KONTRA ORBAN

Eluf ħonqu l-pjazez ta’ Budapest fi tmiem il-ġimgħa jitolbu li jerġgħu jingħaddu l-voti wara li Victor Orban rebaħ l-elezzjoni fl-Ungerija ...
Read More

25,300 TILFU ĦAJJITHOM FIT-TOROQ TAL-EWROPA FL-2017

Madwar 25,300 persuna tilfu ħajjithom fit-toroq tal-Ewropa fl-2017. Dan juri tnaqqis ta’ 2% fuq 2016. Fl-2016 kien ġie reġistrat tnaqqis ...
Read More

INĊIDENT TERRORISTIKU KULL SITT IJIEM FL-EWROPA

Fl-2017 seħħ inċident terroristiku kull sitt ijiem fl-Ewropa. Huwa stmat li fl-Ewropa hawn bejn 50,000 u 70,000 individwi radikalizzati, 20,000 ...
Read More

KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA

Id-diskussjonijiet tal-UE mal-Istati Uniti dwar il-kummerċ mexjin b’ritmu tajjeb. L-UE tinsab f’taħdidiet mal-Istati Uniti biex tipprova tevita t-tariffi fuq l-importazzjoni ...
Read More

SUQ KOMUNI GĦALL-ISTATI BALKANI

Il-President tas-Serbja Aleksandar Vučić talab lill-istati Balkani l-oħra jsolvu d-differenzi u joħolqu suq komuni bejniethom biex jattiraw l-investiment dirett barrani ...
Read More

TĦASSSIB DWAR L-EWWEL IMPJANT NUKLEARI TAT-TURKIJA

Ġimgħa wara li nbeda x-xogħol ta’ kostruzzjoni fl-ewwel power station nukleari fit-Turkija, mibnija mir-Russi, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda f’kuntatt mal-awtoritajiet Torok ...
Read More

IL-MAROKK F’INIZJATTIVA DWAR L-ILMA U L-IKEL FIL-MEDITERRAN

Il-Marokk sar parti formali minn inizjattiva  Ewro-Mediterranja favur soluzzjonijiet ġodda għal tmexxija sostenibbli tal-ilma u l-ikel fir-reġjun tal-Mediterran. Il-Marokk ingħaqad ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment