Malta se jkollha żewġ sfidi iebsa ewlenin fl-Ewropa fl-2018, dik ta’ trasparenza sħiħa fis-servizzi finanzjarji u l-inizjattivi Ewropej biex iqarrbu t-taxxi lejn xulxin, qal Alfred Sant Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew f’messaġġ għas-sena l-ġdida mill-Parlament Ewropew.  Dr Sant qal li jinsab fiduċjuż li dawn iż-żewġ sfidi jistgħu jintlaqgħu u jinħallu b’sens komun u rieda tajba.

Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, Malta kellha r-responsabbiltà li tmexxi u torganizza l-ħidma tal-Unjoni Ewropea. Bl-istess mod li isem Malta kien ħa l-lostru minħabba kif mexxejna l-presidenza, l-istess isem ġie mtappan sew bil-kampanji li saru kontrih. L-iskandlu tal-karti tal-Panama ddawwar bil-qawwi fuq Malta, fost oħrajn.

Tnejn kienu l-miri ta’ dil-ħaġa. L-ewwel, hemm inkwiet fost ħafna Ewropej li ta’ spiss is-servizzi finanzjarji li Malta toffri, qed iservu biex iħaffu l-ħasil tal-flus minn pajjiżna – ħaġa li l-awtoritajiet Maltin dejjem jiċħdu. U t-tieni, l-furur li qam għen il-kawża ta’ min fost il-pajjiżi Ewropej, speċjalment il-kbar, qed jisħaq fuq il-ħtieġa li t-taxxi fil-pajjiżi tal-Ewropa jqarrbu lejn xulxin, jew kif jintqal, jiġu armonizzati. Jekk tgħaddi tagħhom, Malta u pajjiżi oħra jkollhom jagħmlu taxxi bħal ta’ Franza u tal-Ġermanja, u dan iwaddabna lura.”

Dr Sant qal li l-organizzazzjonijiet li jħarsu lis-servizzi finanzjarji mill-abbuż iridu jkunu msaħħa biex inaddfuhom minn kull abbuż. L-aqwa ħarsien għas-servizzi finanzjarji jingħata minn trasparenza sħiħa. Irridu nkomplu nistinkaw kontra inizjattivi Ewropej maħsuba biex it-taxxi fl-Unjoni Ewropea jitqarrbu lejn xulxin.

F’dal-qasam bħal f’oħrajn, l-istess żarbun ma jistax jiġi lil kulħadd bl-istess mod. Huwa dan il-messaġġ li jrid jibqa’ jidwi fl-istituzzjonijiet Ewropej matul is-sena d-dieħla.

 

Segwi l-messaġġ ta’ Alfred Sant f’din il-link:

FIDUĊJA FIS-SENA 2018

Malta se jkollha żewġ sfidi iebsa ewlenin fl-Ewropa fl-2018, dik ta’ trasparenza sħiħa fis-servizzi finanzjarji u l-inizjattivi Ewropej biex iqarrbu ...
Read More

IL-KUMMISSJONI TINVESTIGA L-IKEA

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet investigazzjoni fuq l-iskemi ta’ taxxa Olandiżi fil-konfront tal-kumpanija Svediża tal-għamara IKEA u sussidjarji tagħha bejn l-2006 u ...
Read More

NIBGĦQU NIDDEFENDU S-SOVRANITA` TA’ MALTA

Id-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew se tibqa’ magħquda biex tħares is-sovranita` tal-Gvern Malti, b’mod speċjali fil-politika ta’ tassazzjoni u se tibqa’ ...
Read More

TENSJONI BEJN VARSAVJA U BRUSSELL

Il-Kummissjoni Ewropea se tibda l-proċess biex tneħħi d-dritt tal-vot lil Polonja wara li sentejn ta’ djalogu ma wasslu għal ebda ...
Read More

L-EWROXETTIĊI L-AKBAR FL-ITALJA

L-aktar partit b’appoġġ popolari fl-Italja huwa l-Moviment 5 Stelle bi 29% tal-voti. Dan il-partit huwa ewroxettiku u jekk jingħata l-poter ...
Read More

L-EWROPEJ IWISSU LILL-ISTATI UNITI DWAR RIFORMI FIT-TAXXA

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Italja, Franza, Ġermanja, Renju Unit u Spanja flimkien kitbu lis-Segretarju tat-Teżor Amerikan Steven Mnuchin biex jesprimu t-tħassib ...
Read More

L-IRLANDA U S-SUD TAL-ĠERMANJA L-AKTAR LI SE JINTLAQTU MILL-BREXIT

Ftehim dwar il-kummerċ huwa aktar importanti  għar-Renju Unit milli għall-istati membri l-oħra. Iż-żoni tal-UE li l-aktar se jintlaqtu ħażin bil-Brexit ...
Read More

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU U L-KRIMINALITA`

Il-Kummissjoni Ewropea talbet lil Kunsill tal-Unjoni Ewropea jawtorizza negozjati biex jintlaħaq ftehim bejn l-UE u l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, Ġordan, Lebanon, ...
Read More

 

 

 

Facebook Comments

Post a comment