Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`, qal Alfred Sant waqt attivita` soċjali fil-Belt Valletta. Dr Sant qal li għall-Ewropa l-2019 tista’ tkun diffikultuża daqs l-2018. Il-problema fundamentali hi li għalkemm fis-snin riċenti l-Ewropa esperjenzat tkabbir ekonomiku, l-inugwaljanzi u l-inġustizzji soċjali żdiedu. Dan qed ixekkel is-solidarjeta` fi ħdan in-nazzjonijiet u bejn in-nazzjonijiet.

“Is-sena 2018 kienet waħda delikata għal Ewropa u l-mexxejja tagħha. Fi Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Isvezja fost oħrajn, sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u inċertezza dwar il-futur ħolqu kriżijiet politiċi. Għalkemm Malta hija l-iżgħar stat fl-Unjoni, irnexxielha żżomm sitwazzjoni ta’ prosperita` u serenita`. F’din is-sena l-ġdida rridu insostnu l-fiduċja tagħna fil-futur ta’ Malta u f’dak li jista’ jagħmel il-poplu tagħha jekk jibqa’ magħqud u jħares ’l quddiem.”

Sant qal li wisq Maltin għadhom ma jifhmux kemm id-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-Ewropa qed jaffettwaw il-futur tagħhom u tal-familji tagħhom. Fl-aħħar ħames snin, għan ewlieni tal-uffiċċju tal-MEP Sant f’Malta kien dak li jinforma l-pubbliku Malti dwar din ir-realta`.

“Jitla’ min jitla’ fil-Parlament Ewropew f’Mejju, tibqa’ l-ħtieġa li dan l-għarfien jingħata.”

Dr Sant wiegħed li se jibqa’ jaħdem, fl-Ewropa u f’Malta, biex jitpoġġew fuq quddiem l-interessi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, is-self-employed, il-penzjonanti, kif ukoll il-familji bi dħul baxx jew medju. Malta, taħt amministrazzjoni Laburista, qed tagħmel progress enormi u aħna rridu niżguraw il-ħin kollu li kulħadd igawdi b’mod ġust mit-tkabbir li qed isir.

m-_0004_as-conference

FIDUĊJA F’MALTA GĦAL EWROPA SOĊJALI

Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`, qal Alfred Sant ...
Read More
bucharest-skyline

 ‘IR-RUMANIJA GĦAD TRID TIFHEM IR-RESPONSABBILTAJIET TAGĦHA.’

Ġranet wara li l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE għaddiet għand ir-Rumanija, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li inkwetat dwar il-ħila ...
Read More
_0006_bigben

DAQSHEKK NEGOZJATI DWAR IL-BREXIT

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li m’hemmx talba biex isiru aktar negozjati dwar il-ftehim li ntlaħaq fil-25 ta’ Novembru bejn il-PM Brittanika ...
Read More
_0002_immigrants

IMUTU ANQAS IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN

In-numru ta’ immigranti li mietu fil-Mediterran naqas bi kwart fl-2018 meta kkomparat mas-sena ta’ qabel, qalet l-aġenzija għar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti ...
Read More
m-_0003_gafa

KONTRA TAXXA DIĠITALI ARMONIZZATA

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivvota kontra riżoluzzjoni li tintroduċi taxxa diġitali armonizzata fl-Ewropa ‘bħala fatt li mhux negozjabbli’. It-tassazzjoni għandha ...
Read More
m-_0002_coast-guards

€305 MILJUN GĦALL-GREĊJA , L-ITALJA, ĊIPRU U L-KROAZJA

Il-Kummissjoni Ewropea irrilaxxat €305 miljun oħra f’għajnuna għall-Greċja, l-Italja, Ċipru u l-Kroazja fil-qasam tal-immigrazzjoni u t-tmexxija tal-fruntieri ta’ dawn il-pajjiżi ...
Read More
m-_0001_gaza

€93 MILJUN IEĦOR GĦALL-PALESTINA

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti €20 miljun addizzjonali għar-refuġjati Palestinjani u €73.3 miljun oħra biex ittejjeb il-kwalita` tal-ħajja tal-poplu Palestinjan li ...
Read More
m-_0000_fish

IL-ĦUT JINŻLILHOM GĦASEL

70% tal-Ewropej jieklu l-ħut tal-inqas darba fix-xahar imma mhux kuntenti bil-prezzijiet tal-prodotti. Madwar erba’ minn għaxar konsumaturi (41%) jieklu prodotti ...
Read More