Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret id-disposizzjoni tagħha li tkompli bin-negozjati tal-Brexit tul l-24 siegħa ta’ kull ġurnata li fadal sat-tmiem in-negozjati għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Dan wara r-riżenja ta’ David Davis minn negozjatur ewlieni tar-Renju Unit u ta’ Boris Johnson minn Ministru tal-Affarijiet Barranin li ma aċċettawx il-kompromess li pproponiet il-Prim Ministru Theresa May.
It-tluq ta’ David Davis mhux problema għall-UE, skont il-KE. Sessjoni ta’ negozjati hija skedata għall-ġimgħa d-dieħla. Xorta waħda l-Prim Ministru May qiegħda taħt pressjoni u tista’ tiftaħ kriżi ġdida. Kriżi li tkun problema għall-UE u fuq id-dati diġa` miftehma tan-negozjati.
May qed tipproponi żona ta’ kummerċ ħieles bejn ir-Renju Unit u l-UE b’regoli komuni fuq prodotti industrijali u agrikoli. Il-Gvern Britanniku qed jipproponi tariffi fuq prodotti destinati lejn ir-Renju Unit u fuq prodotti destinati għall-UE. Dis-sistema tevita kontrolli ta’ dwana bejn iż-żewġ partijiet. Il-Gvern Britanniku huwa favur li ċittadini Britanniċi u Ewropej ikomplu jaħdmu u jistudjaw fiż-żewġ territorji. May enfasizzat ukoll li kienet riżolta li ssolvi l-problema Irlandiża.
Jean Claude Juncker nhar it-Tnejn b’mod ċajtier iddeskriva dawn ir-riżenji bħala ‘għaqda ta’ opinjonijiet’.
Donald Tusk kien aktar serju u ottimist: “Il-politiċi jiġu u jmorru iżda l-problemi li jkunu ħolqu jibqgħu hemm. Jiddispjaċini biss li l-ħsieb tal-Brexit ma telaqx ma’ Davis u Johnson.”
Huwa fl-interess ta’ Malta li tinstab malajr soluzzjoni xierqa għal kif ir-Renju Unit se jitlaq għax l-instabbiltà, jew il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE bla ftehim, ikabbru l-inċertezzi u jistgħu jimminaw it-tkabbir ekonomiku.

FL-INTERESS TA’ MALTA LI TINSTAB SOLUZZJONI
Read More

L-AKBAR SFIDA GĦALL-PRESIDENZA AWSTRIJAKA
Read More

IL-ĠERMANJA TRID TIBGĦAT IMMIGRANTI LURA L-GREĊJA U L-ITALJA
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI
Read More

PROPOSTI ĠODDA GĦALL-ĦARSIEN TAL-FRUNTIERI EWROPEJ
Read More

IKOMPLU JIXTRU Ż-ŻEJT IRANJAN
Read More

JITOLBU KJARIFIKI DWAR L-ISTRATEĠIJA DIĠITALI EWROPEA
Read More

IĊ-ĊINA TRID EWROPA EKONOMIKAMENT B’SAĦĦITHA
Read More
Post a comment