Is-sitt Membri Parlamentari Ewropej Maltin kienu f’minoranza assoluta fil-Parlament Ewropew f’votazzjonijiet dwar sistema ta’ taxxa komuni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dawn ivvotaw għal żewġ riżoluzzjonijiet marbuta mat-taxxa. Waħda li tinkludi l-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, li kienet parti minn proposta wiesgħa għall-ħolqien ta’ sistema komuni tat-taxxa korporattiva tal-UE u miżura separata iżda komplimentari, li toħloq il-bażi għas-sistema ta’ taxxa korporattiva armonizzata. Tliet kwarti tal-Ewroparlamentari vvotaw favur dawn ir-riżoluzzjonijiet.

Il-membri tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qalu li l-proposti approvati huma l-ewwel pass fi strateġija biex tiġi armonizzata l-istruttura taʾ tassazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea.

“Il-politika dwar it-taxxa hija prerogattiva sovrana tal-istati Membri tal-UE. U hekk għandu jibqa’. L-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxa jimminaw il-flessibbiltà tal-iżgħar stati membri tal-UE, speċjalment dawk li jinsabu fil-periferija, liema flessibbiltà hija neċessarja biex jibqgħu kompetittivi u jagħmlu tajjeb għan-nuqqas taʾ dotaġġi ekonomiċi u fiżiċi li għandhom il-pajjiżi kbar.” qalet id-Delegazzjoni Laburista.

Fil-verità, is-sistemi li qed jiġu proposti dwar it-taxxa jpoġġu kumpaniji bbażati fl-UE u l-pajjiżi membri fi żvantaġġ meta mqabbel ma’ korporazzjonijiet u pajjiżi fil-bqija tad-dinja.

L-MPE Maltin ivvotaw ukoll kontra r-riżoluzzjoni oħra tal-Parlament Ewropew li  kienet titlob li l-Unjoni Ewropea jkollha riżorsi proprji tagħha. Alfred Sant qal li l-armonizzazzjoni fit-taxxa ma tistax tkun is-soluzzjoni għad-dgħufijiet tal-Unjoni Ewropea. Quddiem ir-realtà ta’ diskrepanzi soċjo-ekonomiċi fi ħdan l-Unjoni, sistema ta’ taxxa waħda twassal biex l-affarijiet imorru għall-agħar.

GWERRA KUMMERĊJALI BEJN L-ISTATI UNITI U L-UE MA TOLQOTX DIRETTAMENT LIL MALTA

F’eventwalita` ta’ gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-UE  ma jkunx hemm effett dirett fuq Malta. Malta tintlaqat f’każ li l-"gwerra" ...
Read More

50,000 IŻLAMIST RADIKALI FL-EWROPA

Aktar minn 50,000 Iżlamist radikali u ġellieda barranin li ġew lura fuq art Ewropea qed iżidu t-tħassib ta’ aktar attentati ...
Read More

ORBAN IFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ITALJA KONTRA L-IMMIGRAZZJONI

“Il-Polonja, Slovakkja, Repubblika Ċeka u dalwaqt anki l-Italja” se jingħaqdu mal-Ungerija fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni. F’diskors f’għeluq il-170 anniversarju mir-Rivoluzzjoni Ungeriża, ...
Read More

DOMBROVSKIS JAPPREZZA L-ISFORZI TA’ ALFRED SANT DWAR ID-DIRETTIVA TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li wettaq Alfred Sant biex tkun posposta d-Direttiva tad-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni. L-Ewroparlamentari ...
Read More

10% TAL-KAROZZI BIL-GASS SAL-2030

Produtturi ta’ karozzi li jaħdmu bil-gass naturali jgħidu li sas-sena 2030 se jkollhom 10% tas-suq Ewropew u saħansitra 20-30% tas-suq ...
Read More

F’MINORANZA ASSOLUTA

Is-sitt Membri Parlamentari Ewropej Maltin kienu f’minoranza assoluta fil-Parlament Ewropew f’votazzjonijiet dwar sistema ta’ taxxa komuni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

€3 BILJUNI OĦRA GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet lill-istati membri tal-UE biex jimmobilizzaw €3 biljuni oħra għar-refuġjati Sirjani fit-Turkija. Il-Kummissarju tal-Immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos qal li ...
Read More

IĊ-ĊINA U l-INDJA B’OĠĠETTI U MEDIĊINI FOLOZ

Iċ-Ċina tibqa’ l-aktar pajjiż li tħasseb l-Ewropa fil-qasam tal-piraterija u falsifikazzjoni, filwaqt li l-Indja tħasseb l-aktar għal qasam tal-mediċini, qalet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment