Il-KE ħabbret fond ġdid għal qasam tad-difiża wara li l-Istati Uniti għamlet pressjoni fuq l-alleati Ewropej tan-NATO biex iżidu l-baġits tal-qasam militari tagħhom. Il-pajjiżi Ewropej jonfqu daqs seba’ darbiet inqas mill-Istati Uniti dwar riċerka u żvilupp f’dan il-qasam.
Il-fond se jilħaq total ta’ €500 miljun fl-2019/2020. Wara l-2020 il-fond se jirdoppja għal €1 biljun ewro fis-sena. B’din is-somma l-qasam tad-difiża tal-UE se jkun ħames darbiet aktar, ġaladarba l-istati membri jagħtu l-kontribuzzjonijiet tagħhom.
Il-flejjes tal-fond se jinqasmu fi tnejn – parti minnhom se jmorru għar-riċerka fil-qasam tad-difiża u parti oħra se tmur għall-iżvilupp u l-akkwist ta’ tagħmir militari. Il-fondi Ewropej se jiffinanzjaw proġetti teknoloġiċi li jinkludu proġetti fir-robotika. Dawn huma proġetti riskjużi għall-investituri. F’dan il-każ il-fondi se jingħataw jekk ikun hemm tal-inqas tliet kumpaniji mdaħħla fi proġett, li tnejn minnhom ikunu ġejjin mill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-baġits tal-pajjiżi Ewropej fil-qasam tad-difiża mhux jintefqu tajjeb. Aktar minn €25 biljun ewro jintilfu kull sena minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi. Il-Kummissjoni inkoraġġiet lill-istati membri jagħtu aktar vuċi lil Brussell fil-qasam tad-difiża. Juncker qal li aktar integrazzjoni f’dan il-qasam tħares aktar is-sovranita` tal-pajjiżi. Mhux kulħadd fl-UE jaqbel ma’ din l-istqarrija.
EU launches defense fund amid US pressure tnding

IS-SALTNA TAD-DRITT F’MALTA HIJA ĦAJJA U B’SAĦĦITHA
Read More

DEHRA ĠDIDA GĦALL-ASSEMBLEA NAZZJONALI FRANĊIŻA
Read More

FID-DUBJU N-NEGOZJATI TAL-BREXIT
Read More

UFFIĊĊJI ‘FANTAŻMA’
Read More

FOND KOMUNI GĦALL-QASAM TAD-DIFIŻA
Read More

L-ISTATI UNITI, IR-RUSSJA, L-UE JEĦTIEĠ JIFTEHMU DWAR IL-LIBJA
Read More

PROĠETT PILOTA GĦAR-REĠJUNI LI WAQGĦU LURA
Read More

L-UE TINFILTRA S-SUQ ASJATIKU BI FTEHIM MAL-INDJA
Read More
Post a comment