Alfred Sant ħeġġeġ bdiewa Maltin u Għawdxin japplikaw għal fondi Ewropej mis-sena 2021 li jistgħu jiffaċilitaw il-bejgħ tal-prodotti agrikoli tagħhom fis-suq lokali meta żar il-Pitkalija f’Ta’ Qali. Dr Sant wiegħed lill-bdiewa li se jkun qed jgħinhom biex japplikaw għal fondi tal-UE marbuta mal-Industriji żgħar u medji (SMEs) biex ikunu kompetittivi fis-suq lokali li huwa mifqugħ bil-ħaxix u frott importat.

Id-Diretturi tal-Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa (F.C.C.S Ltd) laqgħu lil Alfred Sant fil-Pitkalija f’Ta’ Qali u spjegawlu li 80% tal-ħaxix u frott mibjugħ lokalment illum huwa importat minn pajjiżi ġirien tal-UE. Il-bdiewa Maltin u Għawdxin jipprovdu 20% tas-suq lokali.

Id-Diretturi tal-Kooperattiva qalu lil Alfred Sant li minħabba r-regoli tal-Kompetizzjoni tal-UE ma jistgħux japplikaw għal fondi Ewropej bħala Kooperattiva.

“Il-bdiewa għandhom jikkonċentraw fuq il-produzzjoni agrarja fl-għelieqi tagħhom waqt li proposti ta’ investiment lill-UE u mkejjen oħra jkunu f’idejn professjonisti idealment bi sfond agrarju. Se noffri l-għajnuna kollha tiegħi biex minn Brussell ngħin lill-bdiewa Maltin u Għawdxin jegħlbu kull xkiel burokratiku marbut ma’ dawn l-applikazzjonijiet.”  Alfred Sant qal lill-Kooperattiva tal-Bdiewa.

 

_0001_alfredsant-conference

 VUĊI WAĦDA  FL-EWROPA

F’konferenza dwar il-futur ta’ Malta fl-Ewropa fil-Qawra Alfred Sant qal irridu niżguraw li Malta jkollha vuċi waħda fil-Parlament Ewropew li ...
Read More
orban

IRIDU JKEĊĊU LIL ORBAN MILL-PPE

Membri tal-Partit tal-Popolari Ewropew (PPE) għamlu talba uffiċċjali biex ikeċċu lill-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán u l-partit tiegħu Fidesz. Il-kwistjoni ...
Read More
_0005_emmanuel-macron

MACRON IWIEGĦED ‘RINAXXIMENT’ EWROPEW

Il-President Franċiż Emanuel Macron qal li l-mexxejja Ewropej għandhom jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Ewropej wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dan għandu jsir, ...
Read More
junker-soros

JUNCKER  SKREDITAT FL-UNGERIJA

L-Ungerija ħabbret li fil-15 ta’ Marzu se twaqqaf kampanja pubbliċitarja kontra Jean-Claude Juncker u l-filantropu Amerikan George Soros li matulha ...
Read More
polish-army

FORTIZZA TRUMP FIL-POLONJA

Il-Gvern Pollakk ħabbar li sa 2026 se jonfoq €43 biljun biex isaħħaħ id-difiża ta’ pajjiżu u jimmodernizza l-forzi armati. Se ...
Read More
_0000_alfredsant-students

SKONNETTJATI  MILL-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ

Il-lemin estrem fl-Ewropa qed jagħmel tiegħu il-kunċett ta’ Ewropa tan-nazzjonijiet waqt li miljuni ta’ Ewropej iħossuhom maqtugħin mill-Istituzzjonijiet Ewropej. Dan ...
Read More
farm1

FONDI GĦALL-BDIEWA   

Alfred Sant ħeġġeġ bdiewa Maltin u Għawdxin japplikaw għal fondi Ewropej mis-sena 2021 li jistgħu jiffaċilitaw il-bejgħ tal-prodotti agrikoli tagħhom ...
Read More
belarus

IL-BELARUS IĦARES LEJN IL-PUNENT

Il-Belarus trid relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-Punent anki jekk dan xejn m’hu jinżel tajjeb mal-alleat tradizzjonali tagħha r-Russja. Belarus kellha nuqqas ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment