Il-Gvern Pollakk ħabbar li sa 2026 se jonfoq €43 biljun biex isaħħaħ id-difiża ta’ pajjiżu u jimmodernizza l-forzi armati. Se jinxtraw submarines ġodda, ħelikopters navali u sistemi ta’ difiża. Il-Polonja se tixtri ajruplani tal-gwerra Amerikani li jieħdu post l-ajruplani Sovjetiċi li għadhom jintużaw mill-qawwa tal-ajru Pollakka.

Il-Polonja se ssaħħaħ b’mod partikolari d-difiża fil-lvant tal-pajjiż viċin il-fruntiera mar-Russja. Dan sar fi sforz biex tissaħħaħ is-sigurta` taż-żona wara l-intervent militari fl-Ukrajna.

II-Polonja tħossha mhedda mir-Russja. Mindu l-partit tal-lemin rebaħ il-gvern il-Polonja talbet għal bażi Amerikana fil-pajjiż. Il-gvern Pollakk huwa favur preżenza ta’ suldati Amerikani madwar il-pajjiż, l-aktar qrib il-fruntiera Russa. Din il-preżenza Amerikana qed tissejjaħ ‘Fortizza Trump’.

“Il-Ġermanja, ir-Renju Unit, ltalja, Spanja, it-Turkija għandhom suldati Amerikani f’pajjiżhom. Għala m’għandux ikollna suldati Amerikani aħna wkoll.” qal il-Gvern Pollakk.

Dawn il-pajjiżi kellhom bażijiet Amerikani minn żmien il-Gwerra l-Bierda.

Ir-Russja hija ostili ħafna li jkun hemm bażijiet Amerikani qrib il-fruntieri tagħha mal-Polonja.

Għalissa l-Gvern Amerikan m’aċċettax it-talba tal-Polonja.

Il-Gvern Amerikan qal li kien lest iżid il-preżenza Amerikana bi ftit mijiet ta’ suldati. Bħalissa hemm 5000 suldat Amerikan f’isem in-NATO. L-Ambaxxatriċi Amerikana għall-Polonja Georgette Mosbacher qalet li l-Istati Uniti qed tippjana li żżid il-preżenza militari fil-Polonja waqt li l-President Donald Trump irid isaħħaħ il-preżenza Amerikana fl-Ewropa ċentrali.

_0001_alfredsant-conference

 VUĊI WAĦDA  FL-EWROPA

F’konferenza dwar il-futur ta’ Malta fl-Ewropa fil-Qawra Alfred Sant qal irridu niżguraw li Malta jkollha vuċi waħda fil-Parlament Ewropew li ...
Read More
orban

IRIDU JKEĊĊU LIL ORBAN MILL-PPE

Membri tal-Partit tal-Popolari Ewropew (PPE) għamlu talba uffiċċjali biex ikeċċu lill-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán u l-partit tiegħu Fidesz. Il-kwistjoni ...
Read More
_0005_emmanuel-macron

MACRON IWIEGĦED ‘RINAXXIMENT’ EWROPEW

Il-President Franċiż Emanuel Macron qal li l-mexxejja Ewropej għandhom jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Ewropej wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dan għandu jsir, ...
Read More
junker-soros

JUNCKER  SKREDITAT FL-UNGERIJA

L-Ungerija ħabbret li fil-15 ta’ Marzu se twaqqaf kampanja pubbliċitarja kontra Jean-Claude Juncker u l-filantropu Amerikan George Soros li matulha ...
Read More
polish-army

FORTIZZA TRUMP FIL-POLONJA

Il-Gvern Pollakk ħabbar li sa 2026 se jonfoq €43 biljun biex isaħħaħ id-difiża ta’ pajjiżu u jimmodernizza l-forzi armati. Se ...
Read More
_0000_alfredsant-students

SKONNETTJATI  MILL-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ

Il-lemin estrem fl-Ewropa qed jagħmel tiegħu il-kunċett ta’ Ewropa tan-nazzjonijiet waqt li miljuni ta’ Ewropej iħossuhom maqtugħin mill-Istituzzjonijiet Ewropej. Dan ...
Read More
farm1

FONDI GĦALL-BDIEWA   

Alfred Sant ħeġġeġ bdiewa Maltin u Għawdxin japplikaw għal fondi Ewropej mis-sena 2021 li jistgħu jiffaċilitaw il-bejgħ tal-prodotti agrikoli tagħhom ...
Read More
belarus

IL-BELARUS IĦARES LEJN IL-PUNENT

Il-Belarus trid relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-Punent anki jekk dan xejn m’hu jinżel tajjeb mal-alleat tradizzjonali tagħha r-Russja. Belarus kellha nuqqas ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment