Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Kummerċ li se ssir fi Bratislava fit-22/23 ta’ Settembru, Franza mhux se tagħti l-appoġġ politiku tagħha favur it-TTIP (Transatlantic Trade and Investment Partnership). F’din il-laqgħa Franza se titlob li jieqfu n-negozjati dwar il-ftehim ta’ kummerċ bejn l-Istati Uniti u l-UE.
Is-Segretarju tal-Istat tal-Kummerċ Franċiż Matthias Fekl qal li n-negozjati għandhom jieqfu biex imbagħad jerġgħu jibdew fil-futur fuq bażi tajba. “In-negozjati saru fil-magħluq u dan ħoloq suspett u biża’. Ir-rwol tal-EU u l-Istati Uniti huwa li joħolqu l-aħjar regoli possibbli għas-seklu 21 dwar il-kummerċ dinji tal-ikel, saħħa, enerġija, servizz pubbliku u kultura. Din mhix id-direzzjoni li ħadu n-negozjati. Pajjiżi oħra jaħsbuha bħal Franza imma ma jistgħux jitkellmu.” qal Fekl.
Fekl qal li l-Kummissjoni tista’ tibqa’ tinnegozja sal-aħħar u legalment ħadd ma jista’ jopponiha. Waqt il-laqgħa fi Bratislava nkunu nafu hemmx aktar pajjiżi li fil-miftuħ jopponu għan-negozjati preżenti tat-TTIP. Fekl qal li qed ikun hemm ħafna pressjoni min-naħa tal-Istati Uniti u min-naħa ta’ Angela Merkel biex jintlaħaq qbil.
Minn Berlin ġejjin sinjali kuntradittorji dwar it-TTIP. Ftit tal-jiem ilu l-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż Sigmar Gabriel qal li dawn in-negozjati fallew: “Huwa fatt li n-negozjati fallew għax aħna l-Ewropej ma għandniex inċedu għal dak li qed jitolbu l-Amerikani. Xejn m’hu miexi ’il quddiem.”
Kliem il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż Sigmar Gabriel imur kontra l-pożizzjoni tal-Kanċilliera Ġermaniża. Merkel għadha ssostni li l-ftehim huwa ġust, importanti ħafna u fl-interess tal-Ewropa. Bħall-Ġermanja, l-Italja qed tappoġġja n-negozjati dwar il-ftehim u l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea assigurat li se jintlaħaq qbil sal-aħħar tas-sena 2016 skont il-mandat li kisbet f’Ġunju li għadda mill-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej. Il-qbil irid jintlaħaq qabel it-tmiem tal-amministrazzjoni ta’ Barack Obama.
Il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker qal li jekk il-kundizzjonijiet ikunu favorevoli, jintlaħaq qbil sal-aħħar tas-sena. “Il-Kummissjoni mhux se tissagrifika s-saħħa, is-sigurta`, l-istandards Ewropej u d-diversita` kulturali minħabba l-ftehim ta’ kummerċ.” saħaq Juncker.
IS-SIGURTA` FUQ QUDDIEM TAL-AĠENDA
Read More
ERDOGAN XKIEL GĦAS-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-EWROPA
Read More
IR-RENJU UNIT IFITTEX OPPORTUNITAJIET ĠODDA
Read More
ANQAS IMMIGRANTI JASLU L-ITALJA
Read More
MA JAQBLUX DWAR IS-SANZJONIJIET RUSSI
Read More
REAZZJONI FURJUŻA KONTRA BARROSO
Read More
FRANZA KONTRA T-TTIP
Read More
ARINGI FLOK SOTTOMARINI RUSSI
Read More
Post a comment