It-terrur tal-aħħar ġranet kompla żied l-inċertezza fi Franza li għadha u se tibqa’ fi stat ta’ emerġenza sa tmiem is-sena.  Franza kienet diġa` talbet aktar solidarjeta` mill-pajjiżi Ewropej wara l-attakk terroristiku ta’ Nizza. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż Ayrault invoka l-artiklu 42.7 tat-Trattat dwar is-solidarjeta` Ewropea f’każ ta’ attakk fuq stat membru. Wara l-attakki ta’ Pariġi f’Novembru 2015, ħafna pajjiżi taw l-assistenza lil Franza fosthom pajjiżi kbar bħall-Ġermanja iżda anki pajjiżi iżgħar bħar-Repubblika Ċeka.

Franza qed iżżid il-preżenza tas-suldati fit-toroq Franċiżi, speċjalment f’żoni sensittivi. Dan żied il-pressjoni fuq l-Armata Franċiża li qed tagħmel ħidma interna fi Franza stess u anki ħidma esterna fil-pajjiżi lil hinn mill-UE. Franza qalet li jeħtieġ aktar sforzi fil-Lvant Nofsani u l-Afrika biex ikunu stabilizzati l-pajjiżi ġirien tal-UE. Jeħtieġ ukoll aktar xogħol fil-qasam intern għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, li jinkludi tqassim ta’ informazzjoni bejn is-servizzi sigrieti tal-pajjiżi tal-UE.

Il-Ministri tal-UE kkonfermaw li jaqblu li jżidu l-assistenza tagħhom. Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini kkonfermat ir-rieda tal-pajjiżi membri li jgħinu lil Franza fuq bażi tal-Artiklu 42.7 tat-Trattat.

SAJF TA’ BIŻA’

L-attakki terroristiċi fl-Ewropa saru n-normalita`. F’anqas minn ġimagħtejn il-kalma fl-Ewropa sfat mhedda minn attakki vjolenti fl-Ewropa li ħallew għexieren ta’ ...
Read More

FRANZA TITLOB L-GĦAJNUNA TAL-EWROPA

It-terrur tal-aħħar ġranet kompla żied l-inċertezza fi Franza li għadha u se tibqa’ fi stat ta’ emerġenza sa tmiem is-sena.  ...
Read More

IR-RENJU UNIT MA KIENX LEST GĦAL BREXIT

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li r-Renju Unit jeħtieġ xhur ta’ preparazzjoni qabel jiftaħ id-diskussjonijiet għall-ħruġ tal-pajjiż mill-UE. Ma ...
Read More

IŻOMMU D-DRITTIJIET TAGĦHOM SAKEMM IR-RENJU UNIT JIBQA’ FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li ċ-ċittadini tas-27 pajjiż Ewropew li jgħixu fir-Renju Unit u ċ-ċittadini Brittanniċi li jgħixu fil-pajjiżi tal-UE se ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW MA JĊAĊLAQ XEJN

Fl-ewwel deċiżjoni tiegħu wara l-Brexit, il-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li ma jmissx ir-rati ta’ interessi u għajnuniet finanzjarji oħra u ...
Read More

PROPOSTI GĦALL-INVESTIMENT FL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

Il-gruppi politiċi kollha fil-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) għandhom jipprovaw jippreżentaw proposti validi dwar l-investiment, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi ...
Read More

BIL-PIENA KAPITALI T-TURKIJA MA SSIRX MEMBRU TAL-UE

Il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew qal li bl-introduzzjoni tal-piena kapitali, it-Turkija taqta’ ħesrem in-negozjati mal-UE. Wara l-attakki vjolenti fuq l-awtoritajiet ...
Read More

KAPITLI IMPORTANTI GĦAS-SĦUBIJA TAS-SERBJA

L-UE u s-Serbja fetħu żewġ kapitli importanti fil-proċess ta’ sħubija ta’ dan il-pajjiż fl-Unjoni: kapitlu 23 dwar għodda ġudizjarji u ...
Read More

IMWISSIJA MA JFITTXUX MOSTRI FIL-BOSNJA

Filwaqt li bosta żgħażagħ qed jieħdu gost jilagħbu l-‘Pokemon Go’, qed ikun hemm il-periklu ta’ inċidenti, l-aktar fil-Bosnja. F’dan il-pajjiż ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment