Franza u l-Ġermanja ffirmaw l-ewwel kapitlu minn dak li se jkun trattat ġdid bl-għan li jissaħħaħ il-proġett Ewropew.

Fost il-Brexit imminenti, it-theddida tas-saltna tad-dritt u x-xokk li ħoloq il-moviment tal-ġakketta safra, il-proġett Ewropew għandu bżonn appoġġ fuqiex iserraħ.

It-trattat huwa frott xogħol konġunt bejn iż-żewġ pajjiżi u ġie ffirmat f’Aix-la-Chapelle – fin-nofs bejn Pariġi u Berlin.

Żewġ aspetti ewlenin fit-trattat huma l-kooperazzjoni politika, speċjalment bejn Franza u l-Ġermanja u l-kooperazzjoni ekonomika u ta’ difiża.

Macron jemmen li għandu jsir aktar sforz favur il-konverġenza u jrid skambju ta’ ideat bejn l-esperti ekonomiċi.

“Fi Franza l-esperti ekonomiċi jisħqu dwar baġit għaż-żona ewro u stimulu fiskali, filwaqt li fil-Ġermanja, l-esperti jikkritikaw lil Gvern li qed jonfoq ħafna. Aħna rridu nistabbilixxu kunsill ta’ esperti li flimkien iqarrbu l-politika ekonomika taż-żewġ pajjiżi.” qal Macron.

Il-ftehim se jwassal għall-ħolqien ta’ Kamra Franco-Ġermaniża ta’ 50 rappreżentant li jiltaqgħu regolarment. Jinkludi wkoll wiegħda bejn iż-żewġ partijiet ta’ għajnuna u assistenza, permezz tal-forzi armati, fl-eventwalita` ta’ attakk militari fuq it-territorju tagħhom.

It-trattat jisħaq għal relazzjoni Franco-Ġermaniża aktar konkreta.

TA’ DETRIMENT GĦAL MALTA

Madwar l-Ewropa qed jiżdied il-qbil dwar miżuri kontra l-kompetizzjoni fil-politika ta’ tassazzjoni bejn l-istati membri tal-UE biex tkun skoraġġuta l-evażjoni ...
Read More

IMMIGRANTI LURA L-LIBJA

Mhux politika tal-KE li tibgħat immigranti lura l-Libja imma hija possibilita` waqt salvataġġ jekk issir skont il-liġi internazzjonali, qalet il-Kummissjoni ...
Read More

L-ITALJA RIESQA LEJN RIĊESSJONI

Ġimgħat wara li ntlaħaq ftehim dwar il-baġit Taljan mal-Kummissjoni Ewropea, qed jidhru sinjali li t-tielet l-akbar ekonomija taż-żona ewro riesqa ...
Read More

TRATTAMENT SPROPORZJONAT LEJN MALTA

Alfred Sant ikkritika bl-aħrax lill-Kummissjoni Ewropea għat-trattament sproporzjonat tagħha fil-konfront ta’ Malta meta mqabbel mal-każ ferm aktar serju tal-Latvja dwar infurzar ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA AKTAR QRIB XULXIN

Franza u l-Ġermanja ffirmaw l-ewwel kapitlu minn dak li se jkun trattat ġdid bl-għan li jissaħħaħ il-proġett Ewropew. Fost il-Brexit ...
Read More

JIPPREFERU FIGHTER JETS AMERIKANI

Il-pajjiżi Ewropej jippreferu fighter jets Amerikani. Wara l-Islovakkja u r-Rumanija issa anki l-Bulgarija u l-Kroazja qed jagħżlu li jixtru ajruplani ...
Read More

PUTIN FIS-SERBJA

Vladimir Putin sejjaħ għall-istabilita` fil-Balkani, ġurnata wara li akkuża lil Punent li qed tiddistabilizza r-reġjun Balkani permezz ta’ sforzi biex ...
Read More

DEFIĊIT KUMMERĊJALI GĦALL-UE

Iż-żona ewro irreġistrat surplus ta’ €19-il biljun ewro f’kummerċ internazzjonali f’Novembru 2018. Sena qabel, f’Novembru 2017 kienet irreġistrat surplus ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment