Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini għaddejja bil-konsultazzjonijiet biex jintlaħaq qbil dwar żviluppi ġodda fil-qasam tas-sigurta` u d-difiża komuni tal-Unjoni Ewropea. Il-Ministri tad-Difiża tal-istati membri taw l-ideat tagħhom, ewlenin fosthom il-proposti konġunti ta’ Franza u l-Ġermanja. Iż-żewġ pajjiżi huma favur aktar kooperazzjoni u integrazzjoni bejn il-pajjiżi bl-għan li dan il-qasam jissaħħaħ u b’mod li juri li l-Unjoni hija unita u għandha direzzjoni.

It-trattat ta’ Lisbona jitkellem fuq forza militari Ewropea. Ir-Renju Unit dejjem irreżista li ssir għax jemmen li din il-politika diġa` qed titwettaq min-Nato. Bil-Brexit imminenti, l-ideat tar-Renju Unit jaf ikollhom inqas valur minn qabel.

L-ideat Franċiżi u Ġermaniżi jinkludu kwartieri ġenerali fi Brussell għal missjonijiet kollha tal-UE. Għad ma hemmx qbil bejn l-istati membri kollha dwar dan. Fil-15 ta’ Novembru se jitħabbar pjan bil-prijoritajiet bil-ħsieb li jkun approvat mill-ministri qabel il-laqgħa tal-kapijiet tal-istati membri f’Diċembru. Il-pjan se jimxi mal-qafas tat-trattati bl-għan li l-pajjiżi jsibuha aktar faċli jaqblu ma’ dak li ffirmaw għalih ’il fuq minn 10 snin ilu.

L-UE ilha ma taġġorna l-istrateġija tagħha ta’ difiża u sigurta` mill-2003.

 

GĦAJNEJN L-EWROPA FUQ L-UNGERIJA

Ir-referendum tal-Ħadd li għadda fl-Ungerija kif se jiġi interpretat? L-Ungeriżi ġew mitluba jivvotaw dwar l-immigrazzjoni u l-politika tal-Kummissjoni Ewropea li ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA FAVUR DIFIŻA KOMUNI

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini għaddejja bil-konsultazzjonijiet biex jintlaħaq qbil dwar żviluppi ġodda fil-qasam tas-sigurta` u d-difiża komuni ...
Read More

JIPPREŻENTA RAPPORT DWAR INVESTIMENTI ĠODDA FL-UE

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant, rapporteur għal grupp tal-S&D, ippreżenta rapport dwar investimenti ġodda fi ħdan l-Unjoni waqt laqgħa tal-Kumitat Ekonomiku ...
Read More

DISKUSS IL-KUMMERĊ BEJN IL-ĠAPPUN U L-UE

Il-Ġappun determinat li jagħti spinta lin-negozjati dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles u investiment mal-UE. Il-Kummissarju tal-Kummerċ Cecilia Malmstrom laqgħet din ...
Read More

BDIEWA GĦAWDXIN IRIDU JIPPENETRAW IS-SWIEQ EWROPEJ

Bdiewa Għawdxin se jressqu l-proposti tagħhom lil Alfred Sant f’rapport formali biex isegwih f’livelli differenti tal-Parlament Ewropew bl-għan li jżidu ...
Read More

IRIDU AKTAR OPPORTUNITAJIET TA’ XOGĦOL F’GĦAWDEX

Żgħażagħ Għawdxin jixtiequ aktar opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex, minkejja li jifhmu li llum ikollhom jagħmlu karriera f’Malta jew lil hinn ...
Read More

200 SENA ILU IVVINTAW L-ISTETOSKOPJU

FL-1816 fi sptar f’Pariġi it-tabib Rene` Laennec kellu pazjenta tbati minn problemi f’qalbha. Ftit kien hemm xi jsir ħlief li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment