Franza u l-Ġermanja jinsabu lura fl-azzjoni wara l-formazzjoni tal-Gvern Ġermaniż. Bejn issa u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Ġunju Franza u l-Ġermanja se jippreżentaw proposti għall-futur tal-UE f’oqsma bħal aktar Għaqda Ekonomika u Monetarja, l-immigrazzjoni, il-kummerċ, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

“Il-ħila tagħna li nimxu b’mod responsabbli  dwar l-ekonomija u l-għaqda monetarja, b’mod partikolari fiż-żona ewro waqt li nuru solidarjeta` fuq l-immigrazzjoni , id-difiża u l-politika tal-kummerċ, kif ukoll dwar politika ta’ riċerka, l-edukazzjoni u l-kultura …. se nfasslu roadmap ċara u ambizzjuża sax-xahar ta’ Ġunju.” qal il-President Franċiż Emmanuel Macron waqt li ospita żjara tal-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel.

Angela Merkel qalet li huwa essenzjali li nimxu b’għaqda. Merkel saħqet dwar l-istabilita` tal-ewro u t-titjib tal-kompetittivita` internazzjonali taż-żona ewro permezz tal-innovazzjoni. Dwar l-immigrazzjoni l-Kanċilliera qalet li sa Ġunju għandha tinstab soluzzjoni għar-riforma tat-trattat ta’ Dublin dwar is-sistema tal-ażil. Hi saħqet għal strateġija komuni Ewropea għall-Afrika.

Il-proposti Franko-Ġermaniżi dwar il-futur tal-Ewropa se jiġu f’inqas minn sena għall-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2019.

Il-proposti qed isiru f’waqt li l-Ewropa mriegħda bil-Brexit u mill-elezzjonijiet Taljani fejn l-estremiżmu kiber, sforz il-konsegwenzi kollha tal-problemi ekonomiċi li ma rnexxilniex insolvu għal kollox u l-isfidi tal-immigrazzjoni li wkoll ma solvejniex kompletament, qal Macron.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA INVESTIMENTI ĠODDA BARRANIN

Fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew għaddiet proposta biex l-investimenti diretti ġodda barranin f'pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, jiġu eżaminati biex ...
Read More

TENSJONI FL-UNGERIJA

Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban mistenni jerbaħ l-elezzjonijiet tal-Ħadd li ġej għar-raba’  leġiżlazzjoni tiegħu, iżda ġarrab kampanja mimlija tensjoni li ...
Read More

MERKEL U MACRON F’KUNTATT MA’ TRUMP DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI

Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea qed tipprova tilħaq kompromess mal-Istati Uniti biex tiżgura li l-UE tibqa’ eżentata mid-dazji fuq l-azzar u ...
Read More

BATTIBEKKI DWAR IL-BAŻI NAVALI TAL-UE

L-Italja tinsab f’battibekk ma’ Spanja u Franza dwar l-istazzjonar tal-bażi navali tal-UE wara l-Brexit. Il-bażi navali bħalissa tinsab f’Northwood fir-Renju ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA LURA FL-AZZJONI

Franza u l-Ġermanja jinsabu lura fl-azzjoni wara l-formazzjoni tal-Gvern Ġermaniż. Bejn issa u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Ġunju Franza u l-Ġermanja ...
Read More

MOSCOVICI FAVUR MIŻURI KOLLETTIVI FIL-QASAM TAT-TAXXA

Il-Kummissarju tat-Tassazzjoni Pierre Moscovici qal li l-UE għandha teżerċita s-sovranita` fuq it-tassazzjoni b’mod kollettiv. Moscovici qal li l-kumpaniji multinazzjonali qed ...
Read More

XEJN ĠDID BEJN IT-TURKIJA U L-UE

Is-Summit li sar f’Varna l-Bulgarija bejn l-UE u t-Turkija ma ħalla l-ebda progress fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat. “Jekk qed tistaqsu ...
Read More

L-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA L-AKBAR IMSIEĦBA KUMMERĊJALI TAL-UE

Fl-2017 l-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu l-akbar żewġ imsieħba kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. L-UE kellha surplus ta’ €120 biljun mal-Istati Uniti ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment