Lill-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi din il-ġimgħa rajnih jilqa’ lil Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel u lil President Franċiż Francois Hollande fuq il-gżira ta’ Ventotene, qrib Napli. Il-laqgħa saret 3 ġimgħat qabel is-summit ta’ Settembru fejn il-mexxejja tas-27 pajjiż se jiltaqgħu biex jiddiskutu l-futur tal-UE wara l-Brexit. Il-Ġermanja saħqet li l-pajjiżi kollha se jieħdu sehem fid-dibattitu dwar il-futur iżda xtaqet li tilħaq qbil ma’ Pariġi u Ruma fuq ċertu punti qabel is-summit.  Il-laqgħa kienet mimlija simboliżmu hekk kif il-mexxejja tat-tliet l-akbar pajjiżi tal-UE dehru flimkien f’Ventotene fejn Ernesto Rossi u Altiero Spinelli, żewġ anti-faxxisti, fl-1941 kitbu l-‘Ventotene Manifesto’  fejn saħqu dwar l-unifikazzjoni tal-Ewropa.

It-tliet mexxejja tkellmu fuq il-passat glorjuż tal-Ewropa u qalu li l-futur se jkun żmien sabiħ. L-enfażi tad-diskussjoni ftit li xejn semmiet il-preżent mtebba’ bl-attakki terroristiċi, it-telfa tal-Brexit u r-rogħda li qabdet lis-swieq finanzjarji. Renzi qal, “Se niktbu l-paġna li jmiss tal-futur”. Is-sustanza ta’ kif se jagħmel dan, ma ħarġitx. Ma ssemma’ l-ebda pjan ekonomiku, l-ebda pjan strateġiku għat-terroriżmu u l-immigrazzjoni, l-ebda ħjiel dwar it-triq ’il quddiem wara l-Brexit. Minħabba l-elezzjonijiet ta’ sena oħra, fl-2017 it-tliet mexxejja jew parti minnhom, jaf ma jkunux għadhom fit-tmun tal-pajjiżi tagħhom. Allura f’dak il-każ, ma tantx ikunu jistgħu jiktbu l-futur tal-Ewropa.

Ix-xena navali li ntgħażlet għad-dramm li segwejna din il-ġimgħa kien maħsub u ppjanat. L-aircraft carrier Taljan ‘Giuseppe Garibaldi’ kellu parti importanti fil-ħidma tal-UE biex taqbad lit-traffikanti tan-nies fil-Mediterran. Is-simboliżmu ħareġ ħafna wkoll meta l-mexxejja tkellmu dwar Ventotene u Altiero Spinelli li b’mod sigriet fl-1941 kiteb dwar il-viżjoni tiegħu ta’ Ewropa federali. Il-mexxejja qalu li jridu jiggarantixxu  sigurta` fil-ħarsien tal-valuri Ewropej. Intant fl-imħuħ tal-popli Ewropej, is-sens ta’ sigurta` qed jonqos ma’ kull attakk terroristiku.

Permezz tar-rettorika tas-soltu l-mexxejja saħqu dwar aktar koordinament, aktar protezzjoni fuq il-fruntieri, aktar tqassim ta’ informazzjoni akkwistat mill-ispjunaġġ. Dan iwassal għal aktar sigurta` u inqas terrur u traffikar tal-bnedmin.

Fir-rebbiegħa tal-2017 mistennija l-elezzjonijiet Franċiżi, fil-ħarifa tal-istess sena dawk Ġermaniżi. L-attivita` ta’ Ventotene kien sfond ikkulurit għal din il-laqgħa. Ftit smajna bi proposti ġodda u effettivi għall-isfidi tal-popli Ewropej. Fil-verita` rajna ħafna ritratti tat-tliet mexxejja Ewropej, iżda ftit sustanza biex nilqgħu għall-isfidi tal-immigrazzjoni u t-terroriżmu li qegħdin jaffettwaw il-ħajja ta’ tant popli Ewropej.

FTIT SUSTANZA F’VENTOTENE

Lill-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi din il-ġimgħa rajnih jilqa’ lil Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel u lil President Franċiż Francois Hollande ...
Read More

SE JIRRIFLETTU DWAR IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fis-16 ta’ Settembru l-kapijiet ta’ stat tas-27 pajjiż tal-UE se jiltaqgħu fi Bratislava biex ikomplu jirriflettu fuq il-politika Ewropea tal-futur ...
Read More

JEKK MHUX MILL-BIEB MIT-TIEQA

Din is-sena bil-baħar diġa` waslu 266, 524 immigrant fuq ix-xtut Ewropej.  3, 156 ma temmewx il-vjaġġ għax għerqu fl-ibħra tal-Mediterran ...
Read More

BIEX JAĊĊETTAW L-IMMIGRANTI JRIDU JIĦDULHOM 500,000 ROMA

L’uboš Blaha, Filosofu Marxist u membru parlamentari Slovakk qal li jekk l-Islovakkja għandha ġġorr il-piż tal-immigranti, mela l-kumplament tal-UE għandha ...
Read More

L-IMPATT INIZJALI TAL-BREXIT

Uffiċċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew huma tal-fehma li l-impatt inizjali tal-Brexit se jinħass fil-limiti tar-Renju Unit stess għalkemm xorta għad hemm ...
Read More

RAJOY JIPPROVA JGĦAQQAD GVERN FI SPANJA

Mariano Rajoy se jipprova jikkonvinċi lil Parlament Spanjol biex jifforma gvern f’dibattitu li se jibda fit-30 ta’ Awwissu , wara ...
Read More

TINSTAB SOLUZZJONI GĦALL-ORKESTRA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea aċċertat lill-Ewroparlamentari Alfred Sant li sabet soluzzjoni biex l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni (EUYO)  tibqa’ għaddejja bl-attivitajiet tagħha. Dan wara ...
Read More

XARABANK BLA XUFIER

Tiftakarhom il-karozzi li jimxu waħedhom, mingħajr xufier, forsi f’xi film tal-biża’ jew f’xi cartoons ta’ Scooby-doo? Fid-dinja teknoloġika tal-lum, il-karozzi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment