Ir-referendum tal-Ħadd li għadda fl-Ungerija kif se jiġi interpretat? L-Ungeriżi ġew mitluba jivvotaw dwar l-immigrazzjoni u l-politika tal-Kummissjoni Ewropea li ġġiegħel lil pajjiżi membri jaċċettaw kwota ta’ immigranti. Mill-45% (li jfissru 3.6 miljun ruħ) li ħarġu jivvotaw, 98% ivvotaw favur il-gvern u kontra l-pjanijiet tal-UE. Ir-riżultat kemm se jingħata piż? Min-naħa ħarġu jivvotaw anqas minn 50% u allura r-riżultat huwa invalidu. Min-naħa l-oħra l-persentaġġ irid jiġi interpretat fid-dawl li ħarġu aktar nies jivvotaw issa milli meta l-Ungerija vvotat biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.
Il-pajjiżi magħrufa bħala Visegrad (Polonja, Ungerija, Repubblika Ċeka u Slovakkja) f’din l-aħħar sena opponew bi kbir id-deċiżjoni tal-kwoti li tħabbret f’Settembru tal-2015. Dan ifisser li 160,000 rifuġjat kellhom ikunu rilokati mill-Greċja u l-Italja f’pajjiżi oħra tal-UE fi żmien sentejn. L-Ungerija u s-Slovakkja opponew id-deċiżjoni fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Il-Prim Ministru Ungeriż Orban qal li r-riżultat huwa rebħa għal pajjiżu u Brussell trid tieħu nota ta’ dan.
Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico qal li l-kwoti ta’ immigranti li kull pajjiż kien obbligat jieħu, politikament spiċċaw u saru xi ħaġa tal-passat. Fi kliemu l-kwoti kienu qed jifirdu lill-pajjiżi tal-Unjoni.
Sa issa 5, 595 rifuġjati biss ġew rilokati taħt dan il-pjan, li fih imdaħħlin il-pajjiżi membri kollha ħlief ir-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka. Għad mhux ċar x’se tkun il-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq din il-kwistjoni. Min-naħa, ftit tal-jiem ilu Juncker, il-President tal-Kummissjoni qal pubblikament li s-solidarjeta` ma tistax tiġi imposta. Min-naħa l-oħra, kelliem uffiċċjali tal-Kummissjoni qal li l-pajjiżi membri ma jistgħux imorru lura fuq deċiżjonijiet li diġa` ttieħdu. It-Tnejn li għadda l-Kummissjoni fakkret lil Orban li l-liġi tal-UE hija suprema fuq id-drittijiet nazzjonali. L-istati membri kollha huma obbligati jaċċettaw ir-rilokazzjoni tal-immigranti. Għajnejn l-Ewropa qegħdin fuq l-Ungerija biex tara hux se taċċetta l-1,294 immigrant li għandha tieħu skont il-kwota tagħha.

GĦAJNEJN L-EWROPA FUQ L-UNGERIJA
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA FAVUR DIFIŻA KOMUNI
Read More

JIPPREŻENTA RAPPORT DWAR INVESTIMENTI ĠODDA FL-UE
Read More

DISKUSS IL-KUMMERĊ BEJN IL-ĠAPPUN U L-UE
Read More

BDIEWA GĦAWDXIN IRIDU JIPPENETRAW IS-SWIEQ EWROPEJ
Read More

IRIDU AKTAR OPPORTUNITAJIET TA’ XOGĦOL F’GĦAWDEX
Read More

200 SENA ILU IVVINTAW L-ISTETOSKOPJU
Read More
Post a comment