Franza u tliet pajjiżi tal-Benelux – Belġju, Lussemburgu u Olanda ħabbru pjan biex joffru fondi tal-UE lil pajjiżi Afrikani jekk jirċievu għajnuna minngħandhom biex titwaqqaf il-mewġa tal-immigranti fl-Ewropa.

L-erba’ pajjiżi qablu dwar proposti li issa se jiddiskutu f’laqgħa mal-mexxejja tal-UE kollha f’Salzburg, l-Awstrija aktar tard f’dan ix-xahar.

F’din l-aħħar sena l-UE żiedet l-appoġġ lejn il-pajjiżi Afrikani permezz ta’ għajnuna u investimenti bl-għan li jonqsu l-persuni li jitilqu darhom biex ifittxu ħajja aħjar fl-Ewropa.

“L-Unjoni Ewropea trid twettaq forma ta’ Pjan Marshall għal Afrika b’mod konkret u flimkien mal-pajjiżi Afrikani”, qal il-Prim Ministru Belġjan Charles Michel.

L-erba’ mexxejja saħqu dwar aktar għajnuna lil pajjiżi li fihom jirfsu l-ewwel l-immigranti – bħal Italja u Spanja iżda saħqu wkoll li l-immigranti li jinżlu għandhom huma responsabbilta` tagħhom.

Il-Gvern Taljan qed jgħid li l-Italja qed iġġorr piż kbir u inġust u l-UE għandha tniżżel l-immigranti fil-portijiet kollha Ewropej b’rotazzjoni.

L-Italja mhix tilqa’ l-immigranti kollha salvati fuq il-baħar biex tisforza pajjiżi oħra jeħduhom. Ix-xahar li għadda l-Italja heddet li tiblokka l-baġit Ewropew fuq din il-kwistjoni.

Macron qal li l-pajjiżi li fuqhom jirfsu l-immigranti “għandhom responsabbilta` li ma jistgħux jeħilsu minnha, iżda għandu jkun hemm solidarjeta` finanzjarja.”

Prime Minister Joseph Muscat meets delegation from the European Parliament

INVESTIGAZZJONIJIET IVVIZZJATI

Alfred Sant ma ħax sehem fir-riżoluzzjoni kontra l-Gvern Ungeriż ta’ Victor Orban fil-Parlament Ewropew. Sant qal li l-aġir politiċizzat ta’ ...
Read More
refugees-in-libya

700,000 IMMIGRANT JISTENNEW FIL-LIBJA BIEX JAQSMU LEJN L-EWROPA

Gruppi armati li jittraffikaw l-immigranti jinsabu fil-Libja biex jittraffikaw aktar immigranti lejn l-Ewropa. Bħalissa hemm 700,000 immigrant fil-Libja lesti biex ...
Read More
_0004_mali-childrenfoodschool-wp

GĦAJNUNA LIL AFRIKA

Franza u tliet pajjiżi tal-Benelux – Belġju, Lussemburgu u Olanda ħabbru pjan biex joffru fondi tal-UE lil pajjiżi Afrikani jekk ...
Read More
_0000_militiaeu

MILIZJI KONTRA L-IMMIGRANTI FL-EWROPA ĊENTRALI

L-Awtoritajiet Ċeki u Sloveni jinsabu mħassba dwar milizji armati li qed jgħassu għall-immigranti. Rapport tas-servizzi sigrieti Ċeki jitkellem dwar il-grupp ...
Read More
_0005_euicon

MIRI FUQ IL-KARTA

L-UE fi kwistjonijiet importanti, bħall-indirizzar tal-kriżi tal-immigrazzjoni, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-iżbilanċi soċjali, l-UE ma kinitx deċiża f’dawn l-aħħar ...
Read More
_0006_business-owner

APPROVATI PROPOSTI TA’ ALFRED SANT

Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu approvat ir-rapport dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal sistema komuni ta’ VAT fir-rigward ta’ skemi speċjali ...
Read More
_0007_ukraine

KONTRA ELEZZJONIJIET FL-UKRAINA TAL-LVANT

L-UE hija kontra l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari li se jseħħu f’Luhansk u Donetsk fil-11 ta’ Novembru 2018. “Din l-aħbar tmur ...
Read More
_0002_maltesebooks

NIPPROTEĠU L-ARTISTI MALTIN

L-artisti u l-awturi Maltin u Għawdxin, l-imħuħ kreattivi fl-Ewropa u l-media indipendenti għandhom jiġu protetti u mħallsa b’mod ġust għax-xogħol ...
Read More