Il-Presidenza Bulgara tal-UE tista’ tagħti aktar importanza lill-istati tal-periferija tal-Ewropa flimkien mal-prijorita` li qed tagħti lit-tisħiħ tar-relazzjonijiet reġjonali tal-Balkani. L-inklużjoni tagħhom fit-tfassil tal-politika Ewropea hija ċ-ċavetta biex l-Ewropa tiżgura għaqda ekonomika u soċjali. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew waqt il-preżentazzjoni tal-programm ta’ attivitajiet tal-Presidenza tal-Bulgarija fl-ewwel nofs tas-sena 2018.

Dr Sant qal li l-Presidenza Bulgara ppreżentat programm b’saħħtu għall-ewwel sitt xhur tas-sena.

“Il-Presidenza tal-Bulgarija tal-Kunsill tal-UE qiegħda f’pożizzjoni tajba biex tagħti prominenza lill-kwistjonijiet kruċjali marbuta mat-taxxi u li qed iqajmu tant tħassib fost l-istati membri. L-enfasi għandha tibqa’ fuq it-trasparenza fit-taxxa u fuq il-flessibilita` fit-taxxa li hi meħtieġa għal pajjiżi li jinsabu fil-periferija tal-Ewropa.” qal Sant li fakkar li dan l-aħħar il-Parlament Ewropew tkellem dwar il-prinċipju tal-unanimita` dwar it-tassazzjoni bejn l-istati membri.

“B’mod partikolari nilqa’ l-enfasi dwar l-aġenda diġitali tal-Presidenza Bulgara. Din il-kwistjoni hija kruċjali, speċjalment għall-SMEs. Għandna niżguraw li l-iżvilupp tas-Suq Diġitali Komuni jinkludi l-ħtiġijiet reali ta’ dawk li jużawh, li jeħtieġ jadattaw ruħhom waqt li jirrealizzaw il-possibilitajiet li jinħolqu bit-teknoloġija.”

Ix-xhur bikrin tal-2018 jistgħu jaffettwaw b’mod kruċjali l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla tal-Parlament Ewropew. L-andament tagħhom jista’ jkun influwenzat mir-riżultat tal-elezzjonijiet fl-Italja u fl-Ungerija fil-ġimgħat li ġejjin. Aktar minn hekk, issa li deħlin fit-tieni sena ta’ negozjati, it-taħditiet tal-Brexit għadhom sors ta’ inċertezza kbira.

 

_0004_european_parliament

ANQAS SIĠĠIJIET FIL-PARLAMENT EWROPEW

In-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew mistenni jonqos għal 705 mis-751 siġġu tal-lum. Dan se jsir fuq suġġeriment tal-Kumitat Parlamentari Ewropew ...
Read More
_0007_2300-17

 MHUX KREDIBBLI MILL-BIDU SAL-AĦĦAR

Alfred Sant qal li l-eżerċizzju tal-Parlament Ewropew biex “jinvestiga” l-istat tad-dritt f’Malta baqa’ mhux kredibbli mill-bidu sal-aħħar. Il-ħidma tad-delegazzjoni tal-Parlament ...
Read More
_0001_gas

TERZ TAL-GASS FL-EWROPA ĠEJ MIR-RUSSJA

L-Ewropa qed issir aktar dipendenti mir-Russja għall-gass. L-industrija tal-gass Russa Gazprom qalet li għas-sena 2017 għamlet konsenji rekord li jlaħħqu ...
Read More
_0002_airpollution

DISA’ PAJJIŻI MSEJĦA BRUSSELL MINĦABBA L-KWALITA` TAL-ARJA

Il-kwalita` tal-arja fl-Unjoni Ewropea trid titjieb b’mod urġenti. Minħabba f’hekk il-Ministri tal-Ambjent ta’ 9 stati membri ssejħu Brussell mill-Kummissarju tal-Ambjent ...
Read More
_0008_blacklist

MIL-LISTA S-SEWDA GĦAL-LISTA L-GRIŻA

L-Unjoni Ewropea neħħiet tmien pajjiżi terzi minn fuq “il-lista s-sewda” tagħha: Barbados, Grenada, Korea ta’ Fuq, Macau, Mongolia, Panama, Tuniżija ...
Read More
_0000_shengen

INĠUSTIZZJA MAL-BULGARIJA

Il-Bulgarija u r-Romanija ddeskrivew bħala ‘inġust’ it-trattament li ngħataw dwar id-dħul tagħhom fix-Schengen. “Nemmnu li f’ċerti pajjiżi Ewropej, l-istati mhux ...
Read More
_0005_european_commission

Il-PRIJORITAJIET TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2018

Il-Kummissarji Ewropej qablu dwar il-prijoritajiet għal din is-sena li fiha se titkompla r-riforma tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, se jkomplu jissaħħu ...
Read More
_0006_europemap

GĦARFIEN AKBAR DWAR L-ISTATI FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA

Il-Presidenza Bulgara tal-UE tista’ tagħti aktar importanza lill-istati tal-periferija tal-Ewropa flimkien mal-prijorita` li qed tagħti lit-tisħiħ tar-relazzjonijiet reġjonali tal-Balkani. L-inklużjoni ...
Read More