Gżejjer żgħar bħal Għawdex għandhom bżonn l-għajnuna tal-istat. Din l-għajnuna ma taffettwax is-suq komuni Ewropew imma l-UE għadha ma tridx taqbel ma’ dan. Sant qal li jekk ikun elett fl-elezzjonijiet ta’ Mejju ikompli jiffoka fuq l-interessi ta’ Għawdex fl-Ewropa.

Dan qalu Alfred Sant f’laqgħa ma’ rappreżentanti tal-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG). Iż-żgħażagħ Għawdxin qasmu l-ambizzjonijiet u d-dwejjaq tagħhom mal-MEP f’laqgħa informali.  Issemmew il-problemi ta’ konnettività bejn Għawdex u Malta, opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex, spejjeż ogħla għal akkomodazzjoni u t-trasport pubbliku bejn iċ-Ċirkewwa u Malta.

L-istudenti Għawdxin innotaw li hemm opportunitajiet ta’ xogħol fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f’Għawdex. Tisħiħ fis-sistema tal-fibre optic jista’ jinkoraġġixxi preżenza akbar ta’ dan is-settur f’Għawdex. Dwar il-mina proposta bejn Malta u Għawdex, qalu li anke jekk din tkun suċċess sa ma ssir ikunu spiċċaw l-istudji universitarji tagħhom. Ilmentaw minn karozzi tal-linja iffullati bejn iċ-Ċirkewwa u l-Università.

“Inkompli niffoka fuq Għawdex, fuq il-fondi li jista’ jgawdi minnhom Għawdex imma aktar minn hekk fuq proġetti li jgħinu lill-bdiewa, industriji żgħar u inizzjattivi favur l-artiġġjanat Għawdxi. Għan ewlieni jkun li kemm hu possibbli, il-politika Ewropea tas-Suq wieħed ma tlibbisx l-istess żarbun lil kulħadd.” qal Sant.

L-Unjoni Ewropea għandha bżonn strutturi li jagħtu nifs ġdid biex komunitajiet żgħar bħal Għawdex ikomplu jiżviluppaw fuq il-gżira tagħhom. Id-depopulazzjoni fi gżejjer żgħar tkun irreversibbli jekk l-UE ma tippermettix miżuri eċċezzjonali li mhux bilfors jaqblu mar-regoli tal-UE.

_0001_villaarrigonewsletter-2

L-INTERESSI TA’ MALTA  L-EWWEL U QABEL KOLLOX

Se jkun kruċjali għall-Maltin u l-Għawdxin li fil-Parlament Ewropew ipoġġu deputati li tassew u l-ħin kollu jpoġġu l-interessi ta’ Malta ...
Read More
_0006_eu-plenary

STIGMATIZZAZZJONI SUPERFIĊJALI TA’ MALTA

Fl-aħħar intervent tiegħu qabel għalaq il-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-Parlament Ewropew qed iċedi għal stigmatizzazzjoni superfiċjali ta’ Malta ...
Read More
_0004_socialists-win-elections

IS-SOĊJALISTI JIRBĦU FI SPANJA

Il-Prim Ministu Spanjol Pedro Sanchez se jerġa’ jikseb il-poter wara li s-Soċjalisti ġabu aktar voti min-nazzjonalisti fl-elezzjonijiet ta’ nhar il-Ħadd, ...
Read More
_0003_holiday

L-INGLIŻI JISKARTAW L-EWROPA GĦALL-VAGANZI TAGĦHOM

Aktar Brittaniċi qed jagħżlu destinazzjonijiet barra l-UE għal vaganzi tagħhom meta kkomparat mas-snin li għaddew fid-dawl tal-limbu tal-Brexit, skont il-kumpanija ...
Read More
_0007_bratislava-1

 IL-FAXXISTI SLOVAKKI SE JIKKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ

Il-Partit tal-Faxxisti fis-Slovakkja se jkunu jistgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet Ewropej wara deċiżjoni tal-Qorti Slovakka. Il-partit tal-lemin estrem huwa kontra l-immigrazzjoni u ...
Read More
_0009_img_gug

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Gżejjer żgħar bħal Għawdex għandhom bżonn l-għajnuna tal-istat. Din l-għajnuna ma taffettwax is-suq komuni Ewropew imma l-UE għadha ma tridx ...
Read More
_0003_malta-aerial

MALTA FUQ QUDDIEM FIL-QASAM TAL-BLOCKCHAIN

Malta hija fuq quddiem nett fil-promozzjoni tat-teknoloġija tal-blockchain billi stabbiliet qafas regolatorju fuq livell nazzjonali, qal Alfred Sant fi stqarrija ...
Read More
_0005_obesity

L-OBESITA`: PESTA FOST IT-TFAL FIN-NOFSINHAR TAL-EWROPA

Il-każijiet ta’ obeżita` u piż żejjed żdiedu fin-naħa t’isfel tal-Ewropa, skont studju tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). L-organizzazzjoni ppreżentat ir-riċerka tagħha ...
Read More