Gżejjer żgħar bħal Għawdex għandhom bżonn l-għajnuna tal-istat. Din l-għajnuna ma taffettwax is-suq komuni Ewropew imma l-UE għadha ma tridx taqbel ma’ dan. Sant qal li jekk ikun elett fl-elezzjonijiet ta’ Mejju ikompli jiffoka fuq l-interessi ta’ Għawdex fl-Ewropa.
Dan qalu Alfred Sant f’laqgħa ma’ rappreżentanti tal-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG). Iż-żgħażagħ Għawdxin qasmu l-ambizzjonijiet u d-dwejjaq tagħhom mal-MEP f’laqgħa informali. Issemmew il-problemi ta’ konnettività bejn Għawdex u Malta, opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex, spejjeż ogħla għal akkomodazzjoni u t-trasport pubbliku bejn iċ-Ċirkewwa u Malta.
L-istudenti Għawdxin innotaw li hemm opportunitajiet ta’ xogħol fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f’Għawdex. Tisħiħ fis-sistema tal-fibre optic jista’ jinkoraġġixxi preżenza akbar ta’ dan is-settur f’Għawdex. Dwar il-mina proposta bejn Malta u Għawdex, qalu li anke jekk din tkun suċċess sa ma ssir ikunu spiċċaw l-istudji universitarji tagħhom. Ilmentaw minn karozzi tal-linja iffullati bejn iċ-Ċirkewwa u l-Università.
“Inkompli niffoka fuq Għawdex, fuq il-fondi li jista’ jgawdi minnhom Għawdex imma aktar minn hekk fuq proġetti li jgħinu lill-bdiewa, industriji żgħar u inizzjattivi favur l-artiġġjanat Għawdxi. Għan ewlieni jkun li kemm hu possibbli, il-politika Ewropea tas-Suq wieħed ma tlibbisx l-istess żarbun lil kulħadd.” qal Sant.
L-Unjoni Ewropea għandha bżonn strutturi li jagħtu nifs ġdid biex komunitajiet żgħar bħal Għawdex ikomplu jiżviluppaw fuq il-gżira tagħhom. Id-depopulazzjoni fi gżejjer żgħar tkun irreversibbli jekk l-UE ma tippermettix miżuri eċċezzjonali li mhux bilfors jaqblu mar-regoli tal-UE.

L-INTERESSI TA’ MALTA L-EWWEL U QABEL KOLLOX
Read More

STIGMATIZZAZZJONI SUPERFIĊJALI TA’ MALTA
Read More

IS-SOĊJALISTI JIRBĦU FI SPANJA
Read More

L-INGLIŻI JISKARTAW L-EWROPA GĦALL-VAGANZI TAGĦHOM
Read More

IL-FAXXISTI SLOVAKKI SE JIKKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT
Read More

MALTA FUQ QUDDIEM FIL-QASAM TAL-BLOCKCHAIN
Read More

L-OBESITA`: PESTA FOST IT-TFAL FIN-NOFSINHAR TAL-EWROPA
Read More
Post a comment