Għawdex jeħtieġ l-intervent u l-għajnuna tal-istat biex jissaħħaħ bħala destinazzjoni Ewropea u bħala destinazzjoni nazzjonali u jkompli jtejjeb il-konnettivita` tiegħu ma’ Malta u mal-kontinent Ewropew, qal Alfred Sant f’Għawdex. L-intervent tal-istat huwa meħtieġ biex jikkumpensa għall-insularita` doppja li jsofri minnha Għawdex peress li s-settur privat u s-suq ħieles waħdu ma jistgħux jiffinanzjaw proġetti kbar li għandu bżonn Għawdex biex ilaħħaq mal-iżvilupp f’Malta.

Dr Sant qal li għandu jkun identifikat post f’Għawdex għal Yacht Marina, it-tisħiħ tal-politika diġitali, aktar spazju għal attivitajiet artiġjanali u l-ħolqien ta’ prodotti speċifiċi agrikoli f’Għawdex.

Id-diverġenzi bejn in-nord tal-Ewropa u s-sud żdiedu fl-aħħar għaxar snin. Għawdex, bħal gżejjer u reġjuni periferali oħra fl-UE,  huwa affettwat negattivament mill-politika tal-UE li ma tippermettix għajnuna tal-istat. Din il-politika hija ta’ detriment għal gżejjer żgħar tal-UE.

“L-għajnuna tal-Istat fi gżejjer żgħar bħal Għawdex u Malta ma taffettwax is-suq Ewropew. L-Unjoni Ewropea ma taqbilx ma’ dil-linja, iżda se nkompli naħdem ma’ MEPs minn gżejjer tal-UE biex noħorġu b’aktar proposti favur gżejjer bħal Għawdex.”

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant saħaq li l-Unjoni Ewropea teħtieġ strutturi li jiffavurixxu komunitajiet bħal dawk li jgħixu fil-gżira ta’ Għawdex u li jippermettu l-għejxien u l-iżvilupp ta’ dawn il-gżejjer. Dr Sant qal li l-entitajiet Ewropej ħafna drabi jsibuha komda li jinsew id-drittijiet ta’ każijiet partikolari bħal Għawdex.

JOUROVA GĦADHA MA WEĠBITX GĦALL-AKKUŻI TA’ ALFRED SANT

Il-Kummissarju Vera Jourova għadha ma tatx dettalji dwar x’azzjonijiet ħadet jew x’każijiet qed tipprepara biex tinvestiga l-Kummissjoni Ewropea dwar attivitajiet ...
Read More

DIŻGWID DWAR IL-BAĠIT TALJAN

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li ma jistax jaċċetta ż-żieda fl-infiq ippjanat mill-Gvern Taljan fil-baġit nazzjonali. Juncker qal ...
Read More

GWERRA FUQ KULL FRONT GĦAL MAY

Kull tip ta’ ftehim li tista’ tilħaq il-Prim Ministru Theresa May mal-UE jrid l-appoġġ minn tal-inqas ta’ 325 deputati parlamentari ...
Read More

RELAZZJONIJIET IMDENDLA MAL-IŻVIZZERA

Wara erba’ snin ta’ negozjati mal-Iżvizzera l-UE qed twissi li wasal iż-żmien li jintlaħaq qafas regolatorju ġdid bejn iż-żewġ naħat ...
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Għawdex jeħtieġ l-intervent u l-għajnuna tal-istat biex jissaħħaħ bħala destinazzjoni Ewropea u bħala destinazzjoni nazzjonali u jkompli jtejjeb il-konnettivita` tiegħu ma’ ...
Read More

IRIDU JIBAGĦTU L-IMMIGRANTI LURA N-NIĠERJA

Franza u l-Italja bdew ħidma konġunta man-Niġerja għal ritorn ta’ immigranti Niġerjani lejn pajjiżhom. Dwar dan saret laqgħa bejn il-Kummissarju ...
Read More

ALFRED SANT FAVUR  ŻIEDA TA’ 5% TAL-PAGA MINIMA FL-UE

Alfred Sant qal li jeħtieġ naħdmu biex fuq livell Ewropew il-paga minima nazzjonali tkun aġġustata fl-UE biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-pajjiżi ...
Read More

KONTRA L-IFFINANZJAR TA’ MILIZJI MILITARI FIL-LIBJA

Il-Banek Ċentrali tal-istati membri tal-UE għandhom ikunu sorveljati biex ma jintefqux flus fuq traffikar ta’ żejt, traffikar ta’ nies u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment