Membri tal-Kunsill tal-‘Gozo Business Chamber’ qablu li jipprovdu lill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant, eżempji konkreti ta’ mekkaniżmi li ma jaqblux mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE li l-gżira Għawdxija teħtieġ biex tikkompensa għall-iżolament tagħha.  Delegazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, mmexxija minn Joseph G. Grech u Michael Galea, CEO u Segretarju tal-Kunsill rispettivament, iltaqgħet ma’ Dr. Sant fl-Uffiċċju tal-Kunsill fir-Rabat, Għawdex. Dr Sant wiegħed lill-Kunsill li se jqajjem dawn il-punti għad-diskussjoni fil-Parlament Ewropew.

Dr Alfred Sant qal lill-membri tal-Kunsill li fil-livell tal-Parlament Ewropew il-ħidma tiegħu qed tiffoka ħafna fuq rapporti li għandhom x’jaqsmu mal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE. L-għan tiegħu hu li jingħataw sussidji jew għajnuniet lil reġjuni li huma iżolati jew stati gżejjer fi ħdan l-Unjoni. Dr Sant qal li qed jaħdem biex l-Unjoni Ewropea tifhem u taċċetta li l-gżejjer u r-reġjuni iżolati għandhom bżonn trattament speċjali.

Il-‘Gozo Business Chamber’ u Dr Sant iddiskutew is-sitwazzjoni ta’ Għawdex fil-qasam tal-manifattura, il-biedja u l-iżvilupp tal-bini. Il-membri tal-Kunsill staqsew lil Dr Sant jekk l-UE hix lesta taċċetta miżuri li jikkumpensaw lil Għawdex minħabba l-problemi ta’ ċokon u iżolament. Kemm hi lesta li tħallina nagħmlu ċerti affarijiet l-Unjoni taħt ir-regoli tal-kompetizzjoni Ewropej? Staqsew il-membri tal-Kunsill. Dr Sant ikkonferma li l-prospetti f’dan ir-rigward mhumiex pożittivi.

IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fl-2016 se jkun qed jiżvolġi d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa. Hemm min irid li jibni strutturi aqwa ta’ għaqda, jagħmilha anki ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI FUQ FOMM KULĦADD

Fl-aħħar summit il-mexxejja Ewropej iffukaw fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni u fuq il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Huma insistew li jsiru kontrolli sistematiċi ...
Read More

IT-TURKIJA TKOMPLI RIESQA

It-Turkija għadha kemm fetħet il-kapitlu dwar l-ekonomija u l-politika monetarja fin-negozjati tagħha biex issir membru tal-Unjoni Ewropea. Dan il-kapitlu jitkellem ...
Read More

IL-GRIEGI JRAQQDU L-IMMIGRANTI MAGĦHOM

Il-Greċja se żżid il-postijiet biex fihom joqogħdu l-immigranti permezz ta’ programm ta’ sussidji biex l-immigranti joqogħdu fi djar privati. Dan ...
Read More

GĦAWDEX: SE JIBQA’ IŻOLAT?

Membri tal-Kunsill tal-‘Gozo Business Chamber’ qablu li jipprovdu lill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant, eżempji konkreti ta’ mekkaniżmi li ma jaqblux ...
Read More

GĦAWDEX: QUO VADIS IŻ-ŻGĦAŻAGĦ?

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Kunsill tal-‘Grupp Universitarju Għawdxi (GUG) li Għawdex jista’ jibbenefika minn ekonomija diġitali b’saħħitha. Dr Sant, ...
Read More

GĦAWDEX: ’IL FEJN IT-TURIŻMU?

It-turiżmu f’Għawdex sejjer tajjeb imma hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar kif qed jevolvi dan is-settur. Dan kien il-punt ċentrali ...
Read More

‘DEJJEM RIDT RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UE’

Matul l-aħħar għaxar snin dawk is-setturi li f’Malta marru tajjeb ħafna, speċjalment is-servizzi finanzjarji, it-turiżmu u l-igaming, ftit li xejn ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI

L-għadd ta’ impjiegi żdiedu bi 0.3% fiż-żona Ewro u bi 0.4% fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fit-tielet kwart tal-2015, meta mqabbel mat-tieni ...
Read More

TIŻDIED IL-POPOLAZZJONI

It-total tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea hija 508, 940, 955 ruħ. Il-Ġermanja għandha 15.93% mit-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea, Franza (13.04%), ir-Renju Unit ...
Read More

X’INHU L-FRONTEX?

Il-Frontex tikkoordina t-tmexxija tal-fruntieri tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Din l-aġenzija tgħin lil awtoritajiet tal-fruntieri tal-istati membri ...
Read More

DRAWWIET L-EWWEL TAS-SENA

Fl-ewwel ta’ Jannar madwar il-bliet Ewropej jispikkaw tradizzjonijiet pjaċevoli li jawguraw bidu ta’ sena mill-aqwa. Fl-Ingilterra, fiċ-ċentru ta’ Londra, fl-ewwel ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment