Għaxar stati membri, tmienja minnhom fiż-żona Ewro, kisbu surplus baġitarju fl-2016.

Il-pajjiżi huma: il-Lussemburgu (+1.6% tal-Prodott Gross Nazzjonali), Malta (+1.0%), Svezja (+0.9%), il-Ġermanja (+0.8%), Greċja (+0.7%), Repubblika Ċeka (+0.6%), Ċipru u l-Olanda (+0.4% kull pajjiż) u l-Estonja u l-Litwanja (+0.3%). Il-Latvja u l-Bulgarija bbilanċjaw il-baġits tagħhom.

Fl-2016 l-anqas defiċits ġew irreġistrati fl-Irlanda (-0.6% tal-GDP), Kroazja (-0.8%) u d-Danimarka (-0.9%). F’erba’ stati membri id-defiċit tal-gvern kien ogħla minn 3% tal-PGN: Spanja (-4.5% tal-PGN), Franza (-3.4%) u r-Romanija u r-Renju Unit (-3.0% kull wieħed).

Id-defiċit medju tal-PGN fiż-żona Ewro niżel minn 2.1% fl-2015 għal 1.5% fl-2016.  Fuq livell tal-UE, dan waqa’ minn 2.4% għal 1.7%.

WIĊĊ ĠDID GĦALL-EWROPA

Emmanuel Macron wiegħed li jsaħħaħ il-kunfidenza mitlufa tal-Franċiżi u li se jniedi mill-ġdid l-Unjoni Ewropea. Macron ta’ 39 sena ħa ...
Read More

DISKUSSJONIJIET IMQANQLA BEJN LONDRA U BRUSSELL

Dik li kellha tkun laqgħa kwieta bejn il-pajjiżi tal-UE u r-Renju Unit spiċċat fi skambju ta’ ideat imqanqla tant li ...
Read More

MALTA BL-IKBAR TNAQQIS FIT-TNIĠĠIS TAL-ARJA

Fl-2016 il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea komplew inaqqsu l-emissjonijiet il-ħżiena (b’0.4%) għal arja aktar nadifa. B’kollox ħdax-il stat membru biss – ewlenija ...
Read More

L-OLANDA BL-INWKIET BIEX TIFFORMA GVERN

Wara l-elezzjonijiet tal-15 ta’ Marzu, l-Olanda ma rnexxilhiex tifforma koalizzjoni bejn il-partiti. It-taħditiet fallew minħabba nuqqas ta’ qbil fil-politika tal-immigrazzjoni ...
Read More

ATTAKKI ELETTRONIĊI JĦASSBU LIL ĠERMANJA

Erba’ xhur qabel l-elezzjonijiet fil-Ġermanja, l-aġenzija tas-sigurta` elettronika Ġermaniża BSI wissiet lil partiti politiċi biex isaħħu s-sistemi fil-kompjuters tagħhom. Il-Kap ...
Read More

ELEZZJONIJIET BIKRIJA FL-AWSTRIJA

Mal-ħatra tiegħu ta’ mexxej ġdid tal-partit konservattiv Awstrijakk, Sebastian Kurz għajjat elezzjoni bikrija fl-Awstrija. Il-partit tas-Soċjal-Demokratiku Christian Kern ammetta li ...
Read More

GĦAXAR STATI MEMBRI B’SURPLUS BAĠITARJU FL-2016

Għaxar stati membri, tmienja minnhom fiż-żona Ewro, kisbu surplus baġitarju fl-2016. Il-pajjiżi huma: il-Lussemburgu (+1.6% tal-Prodott Gross Nazzjonali), Malta (+1.0%), ...
Read More

MA JAQGĦUX FIN-NASSA TAL-POPULISTI

Ir-Rappreżentanta għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini temmen li r-riżultati tal-elezzjonijiet riċenti f’għadd ta’ stati membri  tal-Unjoni Ewropea turi li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment