Riżoluzzjoni biex ir-Renju Unit jattiva Artiklu 50 u joħroġ malajr kemm jista’ jkun mill-Unjoni Ewropea tista’ tkun għodda biex isiru aktar referenda biex aktar pajjiżi joħorġu mill-UE. Dan qalu l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant fil-Parlament meta spjega għala kien qed jivvota kontra r-riżoluzzjoni mressqa mill-EPP, S&D, ALDE u l-Ħodor. Ir-riżoluzzjoni għaddiet b’395 vot favur, 200 vot kontra u 71 astenzjoni.
“Ir-Renju Unit, li xorta se jibqa’ parti importanti fl-Ewropa, jinsab f’taqlib politiku u mhux f’pożizzjoni biex jibda n-negozjati biex jitlaq mill-Unjoni. L-istennija sakemm is-sitwazzjoni tistabilixxi ruħha qabel jitnieda l-proċess għat-tluq, mhux se jaffettwa s-sitwazzjoni preżenti ta’ inċertezza. L-istennija hija fl-interess fundamentali tal-ħaddiema Ewropej, inklużi dawk Ingliżi.
L-Ewroparlamentari qal li t-triq ’il quddiem, kif ippreżentata fir-riżoluzzjoni, mhux se tinftiehem miċ-ċittadini Ewropej u l-familji tagħhom. Mhux se tidher bħala tweġiba għal biżgħat u l-inkwiet tagħhom. “Ir-riżoluzzjoni mhux qed tistaqsi l-aħjar mistoqsijiet u l-anqas m’hi tipprovdi t-tweġibiet it-tajba; –ma nkunux fit-triq it-tajba jekk nibdew diskussjoni wiesa’ dwar tibdil fit-trattati, li wħud minnhom jimxu lejn aktar federaliżmu. Dan għaliex ma hemmx prospetti eżistenti li b’mod effettiv inaqqsu d-diverġenzi bejn ir-reġjuni differenti tal-UE. It-triq tal-futur għandha tkun dik li tinsisti dwar it-tisħiħ u l-politika tat-tkabbir ekonomiku.”
L-AĦĦAR ĊENA
Read MoreL-UE TRID TEVITA ŻEWĠ TENTAZZJONIJIET
Read MoreELEZZJONIJIET INKONKLUSSIVI FI SPANJA
Read MoreGĦODDA BIEX JOĦORĠU AKTAR PAJJIŻI MILL-UE
Read MoreJINBIDLU R-REGOLI TAL-FRUNTIERI TAX-SCHENGEN
Read More890, 000 RUĦ KISBU ĊITTADINANZA EWROPEA FL-2014
Read MoreDIFFIKULTAJIET GĦALL-BDIEWA EWROPEJ
Read MoreID-DESTIN TAL-GLYPHOSATE F’IDEJN IL-KUMMISSJONI
Read MoreJINBXU LIL XULXIN BL-INGLIŻ
Read More
Post a comment