Kull tip ta’ ftehim li tista’ tilħaq il-Prim Ministru Theresa May mal-UE jrid l-appoġġ minn tal-inqas ta’ 325 deputati parlamentari minn total ta’ 650 membri fil-House of Commons u dan se jkun intopp kbir għal Prim Ministru.

Ftehim fejn ir-Renju Unit ikun fis-suq ħieles tal-oġġetti imma mhux tas-servizzi mistenni ma jgħaddix mill-House of Commons. 60 mill-grupp Konservattiv ta’ May qalu li jivvotaw kontrih, hekk ukoll jagħmlu partiti oħra, għalkemm numru ta’ deputati laburisti Ingliżi lesti jivvotaw favurih.

Għadd ta’ deputati li huma favur il-Brexit jixtiequ ftehim mal-UE li jixbaħ lil dak tal-Kanada biex b’hekk ir-Renju Unit ma jkollux għalfejn jaċċetta r-regoli ta’ Brussell. Qed jintqal li l-President tal-Kummissjoni Donald Tusk offra dan it-tip ta’ ftehim. May qed tgħid li l-UE mhux miftuħa għal ftehim ta’ dan it-tip. Xorta jibqa’ l-fatt li l-appoġġ għal dan il-ftehim fost id-deputati parlamentari Brittaniċi jkun limitat.

Ix-xenarju fejn ir-Renju Unit jibqa’ fis-suq ħieles x’aktarx huwa l-uniku xenarju li jikseb maġġoranza f’Westminister, aktarx li għal May ikun diffiċli tinnegozja ftehim bħal dan. Ix-xelta l-oħra hija dik tan-‘no deal’ iżda f’dan il-każ ukoll id-deputati mhux se jaqblu dwar dan.

Bejn it-tħassib dwar il-fruntiera tal-Irlanda ta’ Fuq u n-nuqqas ta’ qbil qalb id-deputati kollha f’Westminister soluzzjoni u qbil bħalissa jidhru aktar diffiċli minn qatt qabel.

JOUROVA GĦADHA MA WEĠBITX GĦALL-AKKUŻI TA’ ALFRED SANT

Il-Kummissarju Vera Jourova għadha ma tatx dettalji dwar x’azzjonijiet ħadet jew x’każijiet qed tipprepara biex tinvestiga l-Kummissjoni Ewropea dwar attivitajiet ...
Read More

DIŻGWID DWAR IL-BAĠIT TALJAN

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li ma jistax jaċċetta ż-żieda fl-infiq ippjanat mill-Gvern Taljan fil-baġit nazzjonali. Juncker qal ...
Read More

GWERRA FUQ KULL FRONT GĦAL MAY

Kull tip ta’ ftehim li tista’ tilħaq il-Prim Ministru Theresa May mal-UE jrid l-appoġġ minn tal-inqas ta’ 325 deputati parlamentari ...
Read More

RELAZZJONIJIET IMDENDLA MAL-IŻVIZZERA

Wara erba’ snin ta’ negozjati mal-Iżvizzera l-UE qed twissi li wasal iż-żmien li jintlaħaq qafas regolatorju ġdid bejn iż-żewġ naħat ...
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Għawdex jeħtieġ l-intervent u l-għajnuna tal-istat biex jissaħħaħ bħala destinazzjoni Ewropea u bħala destinazzjoni nazzjonali u jkompli jtejjeb il-konnettivita` tiegħu ma’ ...
Read More

IRIDU JIBAGĦTU L-IMMIGRANTI LURA N-NIĠERJA

Franza u l-Italja bdew ħidma konġunta man-Niġerja għal ritorn ta’ immigranti Niġerjani lejn pajjiżhom. Dwar dan saret laqgħa bejn il-Kummissarju ...
Read More

ALFRED SANT FAVUR  ŻIEDA TA’ 5% TAL-PAGA MINIMA FL-UE

Alfred Sant qal li jeħtieġ naħdmu biex fuq livell Ewropew il-paga minima nazzjonali tkun aġġustata fl-UE biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-pajjiżi ...
Read More

KONTRA L-IFFINANZJAR TA’ MILIZJI MILITARI FIL-LIBJA

Il-Banek Ċentrali tal-istati membri tal-UE għandhom ikunu sorveljati biex ma jintefqux flus fuq traffikar ta’ żejt, traffikar ta’ nies u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment