Il-gżejjer u reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu eżentati kompletament mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE meta dawn japplikaw għal sussidji u għajnuniet tal-istat. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew meta indirizza Konferenza dwar il-gżejjer u reġjuni tal-UE fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Dr Sant qal li din l-eżenzjoni ma taffettwa bl-ebda mod l-operazzjonijiet tas-suq intern Ewropew u jista’ jsir skrutinju regolari li jiżgura li ma jsirux abbużi b’dawn l-arranġamenti. Anqas minn 4% tal-popolazzjoni Ewropea tgħix fi gżejjer jew reġjuni fis-sud fl-Ewropa.

“Il-gżejjer u r-reġjuni fil-periferija għandhom jinsistu li l-‘grants’ ikunu parti mill-istrumenti għall-iżvilupp reġjonali. Minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-gżejjer u r-reġjuni fil-periferija, l-għajnuna tal-istat għandha tagħmel tajjeb għall-iżvantaġġi li jkollhom jegħlbu dawn ir-reġjuni, speċjalment f’kuntest ta’ unjoni ekonomika u monetarja.

“L-Unjoni Ewropea għandha tgħin fid-diġitalizzazzjoni tas-setturi kollha biex tingħeleb il-periferalita` tal-gżejjer u r-reġjuni. Ħafna mill-proġetti f’dawn iż-żoni, fi żmien qasir jew medju, ma jkollhomx ċans li jrendu biżżejjed fis-swieq finanzjarji. Għalhekk jeħtieġ li l-għajnuna tal-istat tkun mekkaniżmu ċentrali fil-proġetti diġitali.”

Dr Sant qal li jeħtieġ sforzi politiċi biex nikkonvinċu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE, li l-gżejjer u r-reġjuni fil-periferija għandhom jingħataw ftehim ġust – wieħed li jirrifletti l-bżonnijiet taċ-ċirkostanzi tagħhom, sakemm ma aħniex lesti li nħalluhom jaqgħu lura u jintelqu.

 

PUTIN U MACRON JILTAQGĦU F’VERSAILLES

Vladimir Putin qal lill-President il-ġdid Franċiż li r-Russja u Franza għandhom opinjonijiet differenti dwar l-Ukraina u s-Sirja iżda insista li ...
Read More

MA JARAWX GĦAJN B’GĦAJN DWAR IR-RUSSJA

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk stqarr li l-opinjoni tal-UE dwar ir-relazzjonijiet mar-Russja ma taqbilx ma’ dik tal-Istati Uniti. “Ma ...
Read More

GŻEJJER U REĠJUNI TAL-UE GĦANDHOM JIĠU EŻENTATI MIR-REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI

Il-gżejjer u reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu eżentati kompletament mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE meta dawn japplikaw għal sussidji u għajnuniet tal-istat ...
Read More

 ENERĠIJA NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ 14-il pajjiż ieħor (Malta, Ċipru, Greċja, Italja, Portugall, Spanja, Kroazja, Danimarka, Svezja, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW SE JKOMPLI JITFA’ L-FLUS FIS-SUQ

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qal li l-bank se jissokta l-programm ta’ quantitative easing, programm li permezz tiegħu ...
Read More

L-EWROPEJ IRIDU KOOPERAZZJONI MAT-TURKIJA

Il-mexxejja Ewropej qalu lill-President Tork Recep Tayyip Erdogan li l-UE tixtieq tibqa’ tikkoopera ma’ Ankara. Dan minkejja li r-relazzjonijiet bejn ...
Read More

L-UE TITLOB WAQFIEN MILL-ĠLIED FIL-LIBJA

Inkiser il-waqfien mill-ġlied u reġa’ ssokta l-inkwiet fi Tripli. Is-Settur tal-Azzjoni Esterna tal-UE (EEAS) qed jitlob lil fazzjonijiet differenti Libjani ...
Read More

GRAWND TAL-FUTBOL FI BRATISLAVA BL-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Il-Kummissjoni Ewropea approvat pjan tal-Gvern Slovakk għal għajnuna tal-istat biex jinbena grawnd tal-futbol ġdid fi Bratislava. L-għajnuna statali  tammonta għal ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment