L-għadd ta’ immigranti li waslu fil-gżejjer Griegi niżel b’90% minn Marzu għal April. F’April waslu 2,700 immigrant. Dan it-tnaqqis ġej mill-ftehim tal-UE mat-Turkija u aktar kontrolli stretti fuq il-fruntieri bejn il-Maċedonja u l-Greċja. L-akbar għadd ta’ immigranti jibqa’ mis-Sirja. Warajhom hemm il-Pakistani, Afgani u Iraqqini.

Dan jikkuntrasta mal-iżviluppi fiċ-ċentru tal-Mediterran. Fl-Italja l-għadd ta’ immigranti li waslu minn Ġunju tas-sena l-oħra huwa akbar mill-għadd li qed jaslu fil-gżejjer Griegi. F’April waslu 8,370 immigrant fl-Italja.

L-akbar għadd ta’ immigranti fl-Italja ġew mill-Eritrea, l-Eġittu u n-Niġerja.

FRONTEX qalet li ma jidhrux sinjali ta’ ċaqliq sinjifikanti mil-Lvant għaċ-ċentru tal-Mediterran. L-għadd ta’ immigranti li ppruvaw jidħlu fl-Ewropa naqas bi kwart f’April meta mqabbel ma’ Marzu. F’April daħlu 3,830 immigrant fl-Ewropa.

JITBEGĦDU MILL-PARTITI POLITIĊI TRADIZZJONALI

Il-Parlament Ewropew qed jinvestiga partit ġdid b’membri tal-lemin estrem minn pajjiżi Ewropej biex jistħarreġ hux konformi mal-prinċipji fundamentali tal-UE. L-investigazzjoni ...
Read More

JIKBER ID-DEJN PUBBLIKU FIL-GREĊJA

Minkejja l-miżuri ta’ awsterita`, id-dejn pubbliku fil-Greċja tela’ minn 125% fl-2010 għal 200% fl-2016. Il-Kummissjoni Ewropea qed terġa’ tipproponi miżuri ...
Read More

ĦAFNA ANQAS IMMIGRANTI FIL-GŻEJJER GRIEGI

L-għadd ta’ immigranti li waslu fil-gżejjer Griegi niżel b’90% minn Marzu għal April. F’April waslu 2,700 immigrant. Dan it-tnaqqis ġej ...
Read More

EUROPOL IMSAĦĦA B’REGOLI ĠODDA

Daħlu regoli ġodda biex isaħħu l-kompetenzi tal-Europol fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar tad-droga, tal-persuni u tal-organi u ...
Read More

L-ITALJA NEFQET €6 BILJUN  FUQ L-IMMIGRANTI F’SENTEJN

Il-Gvern Taljan qed jistma li l-għixien u l-integrazzjoni tar-refuġjati se jiswew €3.3 biljun fl-2016. Fl-2015 l-effett fuq il-baġit Taljan kien ...
Read More

PROSPETTI TAJBIN GĦALL-FTEHIM KUMMERĊJALI BEJN L-UE U Ċ-ĊINA

Ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina għandu l-potenzjal li joħloq l-impjiegi u jkabbar l-ekonomija tal-Ewropa. Dan ħareġ minn studju ...
Read More

L-EKONOMIJI Ż-ŻGĦAR GĦANDHOM JIDDEĊIEDU HUMA T-TASSAZZJONI TAGĦHOM

Is-sovranita` tal-istati membri fil-ġbir tat-taxxi f’pajjiżhom għandha tkun imħarsa. Dan jgħodd l-aktar  għall-ekonomiji ż-żgħar u ż-żoni li qegħdin fil-periferija tal-Ewropa ...
Read More

WIEĦED MINN KULL ĦAMSA JMUT B’ATTAKK TAL-QALB 

Miljun persuna fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri 1 minn kull 5 imwiet seħħu minħabba attakk tal-qalb jew puplesija. Fl-2013 fl-UE mietu madwar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment