Ħames pajjiżi tal-UE, flimkien man-Norveġja, qed iżidu l-kontrolli fuq il-fruntieri tax-‘Schengen’ fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar l-influss tal-immigrazzjoni u t-theddida tat-terroriżmu. Biss, biss f’Diċembru l-Greċja rat 108, 000 immigrant ġdid. Filwaqt li qed tagħmel dak li hu possibbli biex tirreġistrahom, irnexxielha tieħu l-‘fingerprints’ ta’ 80% minnhom, titjieb mill-50% ta ftit xhur ilu.

L-Awstrija qed tistudja l-possibilita` li timponi limitu fuq l-għadd ta’ immigranti jitolbu l-ażil. Il-Kanċillier Awstrijakk Werner Faymann ħabbar li n-numru għas-sena 2016 se jkun ta’ 37, 500. Fl-2015, l-Awstrija kellha aktar minn 90, 000 talba għal ażil. Dan il-pajjiż jixtieq li jillimita l-persuni li jibbenefikaw mill-protezzjoni tiegħu fit-tliet snin li ġejjin u lest jilqa’ 1.5% tal-popolazzjoni totali tiegħu li hi ta’ 8.5 miljun

Fl-2015 il-mexxejja Ewropej kienu qalu li mhux possibbli li jkun hemm xi tip ta’ limitu dwar in-nies li jitolbu l-ażil. Aġir ta’ dan it-tip ikun irid jiġi eżaminat fil-kuntest tal-obbligazzjonijiet internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Bħalissa l-Awstrija stess flimkien ma’ erba’ stati membri oħra u n-Norveġja qed iwettqu l-kontrolli fuq il-fruntieri minkejja li qegħdin fis-sistema ‘Schengen’. Id-Danimarka qed tiffoka l-aktar fuq il-fruntiera tagħha mal-Ġermanja. L-Awstrija qed tiffoka l-aktar fuq il-fruntiera tagħha mal-Islovenja. Il-Ġermanja qed tiffoka fuq il-fruntiera tagħha mal-Awstrija. Franza estendiet il-kontrolli tagħha sas-26 ta’ Frar minħabba li għadha fi stat ta’ emerġenza wara l-attakki terroristiċi f’Novembru li għadda. L-Isvezja qed twettaq kontrolli fuq il-fruntieri kollha tagħha, speċjalment mad-Danimarka. In-Norveġja mhix fil-UE imma tagħmel parti mix-‘Schengen u introduċiet il-kontrolli fuq il-fruntieri kollha tagħha wkoll.

Il-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi membri tal-UE (imma l-aktar fost il-membri tax-‘Schengen’) qed jitolbu lil Kummissjoni biex tistudja l-possibilitajiet li l-istati membri jestendu l-perijodu ta’ żmien li fih jistgħu jibqgħu jagħmlu l-kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom. Dan għaliex, bir-regoli kif inhuma, il-pajjiżi jistgħu jagħmlu kontrolli għal żmien limitat. Pereżempju, skont ir-regoli tax-‘Schengen’, l-Awstrija u l-Ġermanja huma obbligati jieqfu fix-xahar ta’ Mejju. Dan qed iqajjem tħassib l-aktar jekk l-immigrazzjoni tkun għadha mhux ikkontrollata fil-fruntieri esterni tal-UE.

Allura minn Mejju ’l hemm, l-istati membri se jkunu jistgħu jġeddu l-kontrolli fuq il-fruntieri għal erba’ darbiet, kull darba għal perijodu ta’ 6 xhur sa massimu ta’ sentejn jew sa Mejju tal-2018. Il-Kummissjoni qed tgħid li dawn il-miżuri se jidħlu fis-seħħ biex tkun imħarsa ż-żona ‘Schengen’ u mhux biex din tispiċċa.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL32

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI : PRIJORITÀ TAL-PRESIDENZA OLANDIŻA

L-Olanda għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea minn Jannar sat-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Il-Presidenza Olandiża se tiffoka fuq erba’ ...
Read More

IL-KOEŻJONI POLITIKA BŻONNJUŻA GĦALL-ISFIDA TAL-IMMIGRAZZJONI

Il-prijorita` tal-Presidenza Olandiża tal-Unjoni Ewropea għandha tkun dik li tippromwovi l-koeżjoni politika fost l-istati membri tal-Unjoni, l-aktar dwar l-immigrazzjoni. Dr ...
Read More

ĦAMES PAJJIŻI JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI TAX-‘SCHENGEN’

Ħames pajjiżi tal-UE, flimkien man-Norveġja, qed iżidu l-kontrolli fuq il-fruntieri tax-‘Schengen’ fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar l-influss tal-immigrazzjoni u t-theddida tat-terroriżmu ...
Read More

EFFETTI NEGATTIVI BIL-KONTROLLI TAL-FRUNTIERI

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jemmen li l-prijorita` tal-Ewropa hija t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol, minkejja l-kriżi tal-immigrazzjoni u ...
Read More

L-ITALJA : ‘MNEJN ĠEJJIN €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA?’

L-Italja hija l-uniku pajjiż li mhux taqbel mal-mod kif se jinġabru t-€3 biljun ewro għat-Turkija u qed tisħaq li dawn ...
Read More

PJAN TA’ AZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta pjan ta’ azzjoni kontra t-terroriżmu fit-2 ta’ Frar. Is-sena 2016 se tkun iddedikata għall-ġlieda kontra l-finanzjament ...
Read More

GŻEJJER ŻGĦAR DIFFERENTI MILL-PAJJIŻI ĊENTRALI TAL-EWROPA

Il-Parlament Ewropew approva ‘Ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni għal 2014’ ippreżentat mir-rapporteur Ġermaniż u MPE Langen. Ir-rapport kien jinkludi numru ...
Read More

JIŻDIEDU L-INUGWALJANZI SOĊJALI

Il-ħolqien tax-xogħol u l-qagħda soċjali sejrin għall-agħar fl-Ewropa. Minkejja ftit sinjali pożittivi, l-effetti tal-kriżi għadhom jinħassu filwaqt li d-diverġenzi bejn ...
Read More

MEĦTIEĠA ANALIŻI STRATEĠIKA TAL-PROĠETT EWROPEW

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew qal fi Strasburgu li wasal iż-żmien li ssir analiżi strateġika tal-proġett Ewropew. ‘Hemm bżonn ...
Read More

TIŻDIED L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO

Fiż-żona ewro l-inflazzjoni kienet ta’ 0.2% f’Diċembru 2015, 0.1% aktar mix-xahar ta’ qabel. F’Diċembru 12-il pajjiż kellhom diflazzjoni: Bulgarija (-0.9%), ...
Read More

TRID TINBIDEL IL-POLITIKA TAS-SAJD

Matul is-sessjoni plenarja ta’ dan ix-xahar, il-Membri Parlamentari Ewropej għaddew emenda mressqa mill-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi. Din l-emenda titlob biex ...
Read More

L-OBESITA’: PRIJORITA’ TAL-PRESIDENZA MALTIJA

Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li l-obesita` se tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea bħal ...
Read More

ĊIFRI DWAR BRUSSELL

Brussell dan l-aħħar kienet fl-aħbarijiet minħabba l-biża' ta' attentat terroristiku. Iżda Brussell mhix biss ċentru politiku u l-belt kapitali tal-Belgju.  ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment